Home / News / Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 17th October, 2017 Workshop dwar il-ġurnaliżmu letterarju u r-riċensjoni tal-kotba, iddisinjat apposta għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb mill-ġurnalisti magħrufa u professjonisti tal-midja Rosie Goldsmith u Max Easterman, huwa avveniment ewlieni tal-Festival ta’ din is-sena. Is-sessjoni intensiva u speċjalizzata, bit-titlu ta’ “A Riveting Workshop”, tieħu sagħtejn u se ssir f’M.A. Grima Hall, MCC, fil-5:30 ta’ filgħaxija. L-attendenza hija b’xejn iżda l-postijiet huma limitati u għandhom jiġu bbukjati minn qabel. Id-dinja tal-promozzjoni u r-riċensjoni tal-ktieb illum hija kemm kompetittiva kif ukoll diġitalizzata ħafna. L-għan tal-workshop huwa li jippermetti lill-ġurnalisti jirfinaw il-fakultajiet kritiċi tagħhom billi jitgħallmu kif jevalwaw l-impatt ta’ ktieb u kif ifasslu reazzjoni personali qawwija għalih. Il-parteċipanti se jitgħallmu wkoll dwar kif PR jaħdem l-aħjar fid-dinja tal-kotba – kif tikseb suċċess? Kif l-aħjar tuża il-midja soċjali u s-siti tal-internet biex tippromwovi l-kotba? Kif tikteb stqarrija stampa promozzjonali qawwija u tikkomponi test li jgħinek tbiegħ il-ktieb jew l-avveniment jew l-awtur tiegħek? Il-workshop ser jindirizza dawn il-mistoqsijiet kollha u se jipprovdi pariri ewlenin, eżempji prattiċi, eżerċizzji qosra u pariri motivazzjonali biex jgħin lill-ġurnalisti letterarji, edituri, pubblikaturi u bejjiegħa tal-kotba professjonali li jixtiequ jiktbu riċensjonijiet mill-aqwa, PR u promozzjoni għall-midja kollha. Rosie Goldsmith u Max Easterman huma stabbiliti u magħrufa bħala ġurnalisti. Huma jmexxu il-European Literature Network u din is-sena nedew ir-rivista letterarja The Riveter. Ixandru, jiktbu, jirrevedu, jittraduċu, jospitaw avvenimenti u jmexxu korsijiet madwar ir-Renju Unit u internazzjonalment. Rosie hija wkoll President tal-aġġudikanti tal-Premju għall-Letteratura tal-BERŻ u figura pubblika magħrufa fil-qasam tal-letteratura internazzjonali u t-tagħlim tal-lingwi fir-Renju Unit. L-KNK iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk kollha interessati biex japplikaw issa għax baqa’ ftit postijiet biss. SHARE POST Related Articles Ħareġ is-46 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th July, 2026 Read More Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More Il-KNK jagħti donazzjoni ta’ kotba lill-Isptar Monte Karmeli News 9th June, 2026 Read More Għandek idea tajba għal ktieb? Ara ftit dal-kors li fetaħ illum News 8th June, 2026 Read More Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More view all similar news
Il-kittieb Skoċċiż ta’ fama internazzjonali Ian Rankin għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’26 Festivals 23rd June, 2026 Read More
Ejja Skopri l-Istorja – Jitnieda l-Poster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Festivals 15th June, 2026 Read More
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More