Home / News / L-awturi japprovaw il-mozzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt it-tieni Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Back to News L-awturi japprovaw il-mozzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt it-tieni Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Inizjattivi • Other 29th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif temm il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba bħala parti mill-mandat legali tiegħu li jikkonsulta mal-awturi fuq il-politiki tiegħu. Mozzjoni mressqa mill-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri, li titlob li jibda jkun hemm elezzjoni għall-membri tal-KNK, għaddiet b’ 115 vot favur minn total ta’ 153 li attendew. Tnejn ivvutaw li ma jaqblux mal-mozzjoni, u ħamsa astjenew mill-mozzjoni. Din hija t-tieni darba li sar il-Kungress. L-ewwel wieħed sar fl-2019, u dakinhar l-awturi vvutaw favur il-proposti tal-KNK dwar ir-Riforma fid-Drittijiet tal-Awtur u dwar it-tiġdid tan-notifika legali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala att parlamentari. Il-vot li ttieħed illum dwar l-elezzjonijiet għall-Kunsill ikompli mal-bidliet legali proposti mill-KNK lill-Gvern li għandhom x’jaqsmu mal-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Punti oħra li ġew diskussi waqt il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba kienu l-bdil ta’ xi regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-kompetenza legali tal-KNK, u l-istat preżenti tal-industrija tal-ktieb. Il-KNK kburi li jistinka biex imexxi ’l quddiem f’forma ta’ politiki l-aspirazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba. Minbarra li jkopri l-ħtiġijiet materjali tal-industrija, il-Kunsill jaqdi dmiru kif imħolli lilu mil-liġi sabiex jipproponi lill-Gvern dak li l-awturi u l-pubblikaturi jiddiskutu bejniethom. Is-suċċess tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba u l-mozzjon proposta sabiex ikun hemm elezzjoni demokratika fil-KNK jassiguraw l-awtonomija u jsaħħu l-irwol tiegħu li jwieżen pubblikament lill-industrija tal-kotba. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More