Home / News / L-awturi japprovaw il-mozzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt it-tieni Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Back to News L-awturi japprovaw il-mozzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt it-tieni Kungress Nazzjonali tal-Kittieba Inizjattivi • Other 29th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) għadu kif temm il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba bħala parti mill-mandat legali tiegħu li jikkonsulta mal-awturi fuq il-politiki tiegħu. Mozzjoni mressqa mill-Kap Eżekuttiv Mark Camilleri, li titlob li jibda jkun hemm elezzjoni għall-membri tal-KNK, għaddiet b’ 115 vot favur minn total ta’ 153 li attendew. Tnejn ivvutaw li ma jaqblux mal-mozzjoni, u ħamsa astjenew mill-mozzjoni. Din hija t-tieni darba li sar il-Kungress. L-ewwel wieħed sar fl-2019, u dakinhar l-awturi vvutaw favur il-proposti tal-KNK dwar ir-Riforma fid-Drittijiet tal-Awtur u dwar it-tiġdid tan-notifika legali tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bħala att parlamentari. Il-vot li ttieħed illum dwar l-elezzjonijiet għall-Kunsill ikompli mal-bidliet legali proposti mill-KNK lill-Gvern li għandhom x’jaqsmu mal-Att dwar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Punti oħra li ġew diskussi waqt il-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba kienu l-bdil ta’ xi regolamenti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, il-kompetenza legali tal-KNK, u l-istat preżenti tal-industrija tal-ktieb. Il-KNK kburi li jistinka biex imexxi ’l quddiem f’forma ta’ politiki l-aspirazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-imsieħba fl-industrija tal-kotba. Minbarra li jkopri l-ħtiġijiet materjali tal-industrija, il-Kunsill jaqdi dmiru kif imħolli lilu mil-liġi sabiex jipproponi lill-Gvern dak li l-awturi u l-pubblikaturi jiddiskutu bejniethom. Is-suċċess tal-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba u l-mozzjon proposta sabiex ikun hemm elezzjoni demokratika fil-KNK jassiguraw l-awtonomija u jsaħħu l-irwol tiegħu li jwieżen pubblikament lill-industrija tal-kotba. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More