Home / News / Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 Back to News Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 9th March, 2017 Kif tħabbar diġà fi stqarrija stampa li ħarġet din il-ġimgħa, il-mistiedna speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 hija l-kittieba Ingliża Caroline Smailes. Il-Festival, li huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universita’, għandu l-għan li jippromovi l-letteratura u l-qari ma’ udjenza matura, b’mod partikolari studenti universitarji. Għal dan il-għan, l-organizzaturi ta’ kull sena jistiednu kittieb jew kittieba sabiex imexxu workshops u taħdit fuq xogħolhom u fuq it-temi ta’ kitba u qari. Caroline Smailes, li għandha parentela Maltija u tgħix l-Ingilterra, studjat il-kitba u l-letteratura fil-Creative Writing School tal-MMU (Manchester Metropolitan University). Ħadet sehem f’għadd kbir ta’ attivitajiet letterarji f’pajjiżha, fejn ħejjiet u mexxiet workshops fuq kitba kreattiva, kif ukoll fuq l-użu letterarju tal-internet u l-mezzi tax-xandir. Hija magħrufa l-iktar bħala l-kittieba ta’ rumanzi li qanqlu numru kbir ta’ qarrejja madwar id-dinja. L-ewwel pubblikazzjoni tagħha, ‘In Search of Adam’, tmiss temi pjuttost iebsin – ir-realtajiet koroh tal-abbuż sesswali u n-nuqqas ta’ kura li l-protagonista tar-rumanz, Jude, iġarrab fit-tfulija tagħha wara s-suwiċidju ta’ ommha, suwiċidju li jħaddan fih sigriet tal-familja. Hija storja tal-waħx mingħajr tama li l-kittieba tirrakkonta b’użu oriġinali u esperimentali tal-lingwa u t-tqassim tal-ktieb. Wara ‘In Search of Adam’, Smailes ħarġet 4 kotba oħra. ‘Black Boxes’ huwa mfassal fuq il-aħħar ħsibijiet tal-protagonista, Ana Lewis, li għada kif ħadet overdose ta’ pilloli u qegħda tistenna l-mewt li b’xi mod ser tifdi l-istorja ta’ ħajjitha, liema storja l-qarrej jiskopri mill-ħsibijiet u l-memorji li jgħaddu minn moħħ Ana qabel ma tmut. It-tielet rumanz tagħha, ‘Like Bees to Honey’, għandu għamla differenti ħafna. Hija storja ta’ tqala, familja, spirti u maħfra li fiha tidher Malta bħala speċi ta’ limbu għall-erwieħ ta’ dawk li għadhom kif mietu. Nina, il-protagonista tqila tar-rumanz, ġiet lura Malta biex tipprova tirranġa l-affarijiet bejnha u l-familja tagħha li qatgħu kull kuntatt magħha minn meta kienet inqabdet tqila waqt l-istudji tagħha f’universita’ fl-Ingilterra. Iżda fil-Malta li tiskopri meta tasal lura, isib dinja stramba mimlija spirti li jikkomunikaw magħha permezz tat-tifel li qed iġorr fit-tqala, Christopher. Xogħolijiet oħra ta’ Smailes jinkludu rumanz esperimentali ’99 Reasons Why’ u, iktar reċenti, ‘The Drowning of Arthur Braxton’. Dan tal-aħħar għadu kif inħadem f’film li bħalissa qiegħed fl-istadju li jiġi prodott. Matul il-festival Smailes ser tkun qed tmexxi numru ta’ workshops fuq temi differenti – aspetti ta’ kitba letterarja, l-użu ta’ forom irregolari ta’ grammatika fir-rakkont u anke fuq kitba kreattiva. Għall-iktar informazzjoni fuq Caroline Smailes u l-attivitajiet tagħha fil-festival, il-pubbliku għandu jsegwi il-Facebook u l-website tal-Kunsill, ktieb.org.mt. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More