Home / News / Ċelebrazzjoni ta’ Eċċellenza Letterarja: Imħabbra l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023
Ċelebrazzjoni ta’ Eċċellenza Letterarja: Imħabbra l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023


Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023, għal kotba ppubblikati fl-2022. Din hija s-46 edizzjoni ta’ dan il-Premju, l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi ta’ kotba ppubblikati f’Malta.
It-62 ktieb li kisbu post fil-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 intgħażlu b’mod unanimu minn panel ta’ aġġudikaturi indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Minn dawn, 36 huma mifruxa fost tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 26 huma mifruxa fost sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka. Dawn il-kotba ġew ippubblikati minn 13-il pubblikatur u nkitbu bejn 54 awtur u tradutturi. Ma’ dawn hemm għaxar illustraturi li kkontribwixxew bl-illustrazzjonijiet tagħhom.
Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ; u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta.
L-aġġudikaturi ta’ din is-sena faħħru l-livell għoli tal-pubblikazzjonijiet mifruxa fost il-kategoriji kollha. Il-lista, li daqskemm hi twila hi wiesgħa, tinkludi kemm kotba minn awturi li daħlu f’din il-lista għall-ewwel darba kif ukoll 15-il awtur u erba’ tradutturi li rebħu dan il-Premju f’edizzjonijiet passati b’xogħlijiet ġodda bħal Loranne Vella, Paul P. Borg, Alfred Sant, Gioele Galea u Clare Azzopardi.
Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda fil-bidu ta’ Marzu permezz tal-pubblikazzjoni tal-lista t-twila. Sas-7 ta’ Marzu, il-pubblikaturi u l-awturi ressqu total ta’ 161 ktieb li tqiesu bħala eliġibbli għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-24 ta’ Novembru.
Il-kotba li daħlu fil-lista finali ta’ dan il-premju jistgħu jinkisbu mill-ħwienet tal-kotba u s-siti online, kif ukoll fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 li se jittella’ bejn it-18 u t-23 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali.
Għal aktar informazzjoni rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u inizjattivi oħra tal-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb, segwina fuq Facebook jew żur ktieb.org.mt.
Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023
Rumanzi
Novelli
Poeżija
Drama
Letteratura mhux Fittizja
Traduzzjoni
Riċerka Ġenerali
Riċerka Bijografika u Storjografika
Il-Finalisti tal-Premju Terramaxka 2023
Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin
Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena
Letteratura għaż-Żgħażagħ
Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin
Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena
Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta