Home / News / Ċelebrazzjoni ta’ Eċċellenza Letterarja: Imħabbra l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023 back to news Ċelebrazzjoni ta’ Eċċellenza Letterarja: Imħabbra l-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023 Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 13th June, 2023 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar il-lista tal-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023, għal kotba ppubblikati fl-2022. Din hija s-46 edizzjoni ta’ dan il-Premju, l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, edituri, tradutturi, pubblikaturi u illustraturi ta’ kotba ppubblikati f’Malta. It-62 ktieb li kisbu post fil-lista finali tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 intgħażlu b’mod unanimu minn panel ta’ aġġudikaturi indipendenti skont damma ta’ kriterji stabbiliti. Minn dawn, 36 huma mifruxa fost tmien kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u 26 huma mifruxa fost sitt kategoriji tal-Premju Terramaxka. Dawn il-kotba ġew ippubblikati minn 13-il pubblikatur u nkitbu bejn 54 awtur u tradutturi. Ma’ dawn hemm għaxar illustraturi li kkontribwixxew bl-illustrazzjonijiet tagħhom. Il-kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti huma r-Rumanzi, in-Novelli, il-Poeżiji, id-Drama, il-Letteratura mhux Fittizja, it-Traduzzjoni, ir-Riċerka Ġenerali, u r-Riċerka Bijografika u Storjografika. Dawk tal-Premju Terramaxka huma x-Xogħlijiet Oriġinali għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u l-Letteratura għaż-Żgħażagħ; u Xogħol Maqlub għall-Malti għal tfal bejn 0-7 u 8-12-il sena, u Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta. L-aġġudikaturi ta’ din is-sena faħħru l-livell għoli tal-pubblikazzjonijiet mifruxa fost il-kategoriji kollha. Il-lista, li daqskemm hi twila hi wiesgħa, tinkludi kemm kotba minn awturi li daħlu f’din il-lista għall-ewwel darba kif ukoll 15-il awtur u erba’ tradutturi li rebħu dan il-Premju f’edizzjonijiet passati b’xogħlijiet ġodda bħal Loranne Vella, Paul P. Borg, Alfred Sant, Gioele Galea u Clare Azzopardi. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni beda fil-bidu ta’ Marzu permezz tal-pubblikazzjoni tal-lista t-twila. Sas-7 ta’ Marzu, il-pubblikaturi u l-awturi ressqu total ta’ 161 ktieb li tqiesu bħala eliġibbli għall-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ dis-sena. Ir-rebbieħa ta’ kull kategorija se jitħabbru fiċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-24 ta’ Novembru. Il-kotba li daħlu fil-lista finali ta’ dan il-premju jistgħu jinkisbu mill-ħwienet tal-kotba u s-siti online, kif ukoll fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2023 li se jittella’ bejn it-18 u t-23 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC) f’Ta’ Qali. Għal aktar informazzjoni rigward il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 u inizjattivi oħra tal-Kunsil Nazzjonali tal-Ktieb, segwina fuq Facebook jew żur ktieb.org.mt. Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2023 Rumanzi Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Belgħa TePaul P. BorgHorizons Ir-Rumanz tal-Fieres SafranAlfred SantQuinque Marta MartaLoranne VellaEde Books SajfRyan FalzonKotba Calleja Sekonda bejn TnejnHelen BorgHorizons Novelli Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Amsterdam u Rakkonti OħraJoe PulèBDL Publishing Id-Dubbiena u Stejjer OħraCarmel SciclunaHorizons L-Eku tal-ĦabbataJoe CamilleriHorizons Tbajja' tax-Xemx u Stejjer Oħra għad-DellRita SalibaKlabb Kotba Maltin Poeżija Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Bejn il-BinarjiJohn P. PortelliHorizons ilmaGioele GaleaHorizons Imbagħad il-QiegħMurad ShubertKlabb Kotba Maltin Kollox Jeħel MagħnaFrancesco GrechMerlin Publishers Max-Xatt tat-TamariskClaudia GauciKotba Calleja Meta Tlaqt lil AdamElena CardonaKlabb Kotba Maltin TaoCaldon MerciecaKotba Calleja Drama Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Erba' Drammi għat-Teatru, Vol. 2Albert MarshallHorizons Fil-Ħajja li Jmiss u Drammi Oħra tat-TriqLon KirkopMerlin Publishers Tebut IsfarClare AzzopardiMerlin Publishers Letteratura mhux Fittizja Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher My Life and Times: Memories and Experiences of a Maltese Civil ServantAlfred Fiorini LowellKite Group Traduzzjoni Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher L-Analetti (ta’ Konfuċju)Salvatore Giuffrè (trad.)SKS Mur ġibek... eżerċizzji ta' tortura u seduzzjoni (ta’ Irene Chias)Mark Vella (trad.)Horizons Storja Medika ta' Malta (ta’ Paul Cassar)Godwin Ellul (trad.)Faraxa Publishing Waqt (ta’ Wislawa Szymborska)Antoine Cassar (trad.)Faraxa Publishing Riċerka Ġenerali Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Architecture • Visions on Paper • MaltaConrad ThakeKite Group Celebrating Music, a selection of good causesHeritage MaltaHeritage Malta In the Footsteps of Antonello da Messina: The Antonelliani between Sicily and VeniceCharlene VellaMidsea Books The Art of Dying Well: Visual Cultures in Times of Piety and Plague Malta 1675-1814Christian AttardKite Group The Role and Symbolism of Flowers in Maltese ArtGlorian Micallef-GrimaudFaraxa Publishing Riċerka Bijografika u Storjografika Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Eddie: Is-Sewwa Jirbaħ ŻgurDione BorgBDL Publishing Gustave R. Vincenti: An Architectural LegacyDavid EllulKite Group Malta War Occurrences : The Police Logbooks 1940-1942Jeffrey SammutBDL Publishing Society Fashion in Malta: The Portrait Photography of Leandro Preziosi 1830-1869Caroline TonnaFondazzjoni Patrimonju Malti The Front Page on the Frontline: The Maltese Newspapers and the Second WarMartin G. DebattistaMidsea Books Decolonising the Maltese Mind: In Search of IdentityCharles XuerebMidsea Books Slavery, Treason and Blood: The 1749 Plot of the Slaves in MaltaWilliam ZammitHeritage Malta Il-Finalisti tal-Premju Terramaxka 2023 Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Ana u Zak Isalvaw il-PjanetaAudrey Friggieri; Vincianne Scerri (ill.)Merlin Publishers Bejn Rima u Tbissima: Niskopru l-AnnimaliRebekah Grima; Kite Group (ill.)Kite Group Flavia: in-nagħġa li kienet tibża'Maria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing Ħabiba ĠdidaRachelle Cortis; Naomi Gatt (ill.)Faraxa Publishing Id-Dar tal-ĦolmMoira Scicluna ZahraMerlin Publishers Il-Bużu u ż-Żarbuna MaġikaKelly Busuttil u Rita Saliba; Rebecca Zammit (ill.)Klabb Kotba Maltin Jien u Beppe, Beppe u JienClare Azzopardi, Beppe Caruana; Kyle Xuereb Cunningham (ill.)Merlin Publishers Luċjan u Enzo: is-sriedak li kienu jgħiru għal xulxinMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing Oreste: iż-żiemel li kien imkabbarMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing Stewart: il-ħanżir li kien buliMaria Farrugia; Louiselle Sciberras (ill.)BDL Publishing My Pet CloudEric Sameed Turner; Charis B. Chusna (ill.)Faraxa Publishing Xogħlijiet Oriġinali għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher Ejja Nsajru Poeżija: Versi, Logħob bil-Kliem u Aktar...Trevor ŻahraMerlin Publishers Il-Bebbuxu TrumbettaClaudia Aloisio; Matt Stroud (ill.)Klabb Kotba Maltin Warda Żżur lil NannithaLouise Chircop, Naomi Gatt (ill.)Faraxa Publishing Il-Kreatura taħt is-SoddaSimon Bartolo, José Luís Ocaña (ill.)Merlin Publishers Irvin Vella, Investigatur Virtwali: Il-Każ tal-Ħabsi Bla ĦtijaJohn A. Bonello, Francesca Grech (ill.)Merlin Publishers Tita Tmiss l-ArtClare Azzopardi, Glen Calleja; Naomi Gatt (ill.)Kotba Calleja Letteratura għaż-Żgħażagħ Titlu tal-ktieb / Book titleAwtur / AuthorPubblikatur / Publisher ĠgantiDavid AloisioHorizons Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 0–7 snin Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher Kieku Armadillo Jmur f’Ristorant (Ellen Fischer; Laura Wood ill.)Janet MalliaBDL Publishing Kieku Ljunfant Imur l-Iskola (Ellen Fischer; Laura Wood ill.)Janet MalliaBDL Publishing Nitgħallem il-Ħin ma' Lupu Lupettu (Orianne Lallemand; Éléonore Thuillier ill.)Clare AzzopardiMerlin Publishers Xogħlijiet Maqluba għall-Malti għal Tfal ta’ bejn 8-12-il sena Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher Il-Ġurnalista: L-Istorja ta' Daphne Caruana Galizia (Gattaldo)Immanuel MifsudKlabb Kotba Maltin Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Il-Mohor Midrub (Juliette Parachini-Deny u Oliver Dupin; Ariane Delrieu ill.)Mark VellaMerlin Publishers Il-Ħbieb tal-Annimali: Taqsima Investigattiva: Il-Panda Ċkejkna Meħlus (Juliette Parachini-Deny u Oliver Dupin; Ariane Delrieu ill.)Mark VellaMerlin Publishers Każ Miftuħ: Segwi l-Indizji! (Àngels Navarro; Jordi Sunyer ill.)Noel TantiMerlin Publishers Letteratura għaż-Żgħażagħ tradotta Titlu tal-ktieb / Book titleTraduttur / TranslatorPubblikatur / Publisher Sherlock, Lupin u Jien: Il-Katidral tal-Biża’ (Irene Adler; Iacopo Bruno ill.)Dwayne EllulMerlin Publishers SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More