Home / News / Dan mhux normali Back to News Dan mhux normali Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 18th January, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jappella direttament lill-Gvern u lill-Prim Ministru biex jassiguraw li l-KNK u l-industrija tal-kotba jkollhom aċċess sħiħ u bla riżervi għaċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Mediterran (MCC), sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 mill-10 sal-14 ta’ Novembru, kif ukoll fis-snin ta’ wara. B’dispjaċir il-KNK kien infurmat li mhux se nkunu nistgħu nużaw Sala Repubblika għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, għax minflok din se tintuża għax-xow ta’ atturi internazzjonali taċ-ċirkli issussidjat pubblikament – Cirque de Soleil. Wara li sofriet l-agħar daqqa ta’ ħarta ekonomika li qatt qalgħet, l-industrija tal-kotba f’Malta teħtieġ is-sapport kollu li tista’ tieħu mill-Gvern. Madankollu jekk l-ispazju fl-MCC se jkun ristrett, dan se jaffettwa b’mod gravi lill-avveniment innifsu u d-dħul li jiġġenera, li huma kruċjali biex l-industrija tal-kotba tibqa’ teżisti. Nixtiequ ninnutaw li f’dawn iċ-ċirkustanzi partikulari u mhux mistennija, meta tqis li l-KNK huwa l-aktar klijent konsistenti u leali tal-MCC – użajna s-swali tiegħu fi żmien il-pandemija meta ħaddieħor kien qed jikkanċella kollox – qed niġu ttrattati b’dal-mod ħażin mill-eżekuttiv u l-amministrazzjoni tal-MCC. Nixtiequ anki nfakkru li s-sena l-oħra Cirque de Soleil fallew, u allura s-sussidju pubbliku tal-Gvern Malti lil dil-kumpanija jista’ jkollu bażi legali dubjuża immens, u aktarx huwa illegali skont regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, jidher li f’Malta biss iseħħu dawn l-affarijiet, fejn għandek Gvern li jieħu d-deċiżjoni bizarra u assurda li jipprijoritarizza grupp artistiku barrani u mhux lill-industrija kultura lokali. Anki jekk l-għan ewlieni tal-Gvern hu li jippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika, qed iwaqqa’ l-ġebla fuq saqajh jekk jagħmel dan billi jiffavorixxi gruppi artistiċi barranin minflok lill-industrija kreattiva lokali. L-industrija tal-kotba magħmula minn negozji żgħar ta’ familji li jaħdmu iebes, u l-Gvern imissu jifhem dan. Nilqgħu l-intervent tal-Gvern biss jekk jidħol bis-serjetà f’dil-kwistjoni ħalli jagħtiha l-attenzjoni li jixirqilha u ma noqogħdux intawlu bla bżonn. SHARE POST Related Articles SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More view all similar news
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More
Festival fejn il-komunità tiltaqa’, titkellem… u tinbidel Malta Book Festival 20th October, 2025 Read More
From Illustration to Book: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Malta Book Festival 14th October, 2025 Read More