Home / News / Dan mhux normali Back to News Dan mhux normali Festival Nazzjonali tal-Ktieb • Festivals • Other 18th January, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jappella direttament lill-Gvern u lill-Prim Ministru biex jassiguraw li l-KNK u l-industrija tal-kotba jkollhom aċċess sħiħ u bla riżervi għaċ-Ċentru tal-Konferenzi Dar il-Mediterran (MCC), sabiex ikunu jistgħu jorganizzaw il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 mill-10 sal-14 ta’ Novembru, kif ukoll fis-snin ta’ wara. B’dispjaċir il-KNK kien infurmat li mhux se nkunu nistgħu nużaw Sala Repubblika għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, għax minflok din se tintuża għax-xow ta’ atturi internazzjonali taċ-ċirkli issussidjat pubblikament – Cirque de Soleil. Wara li sofriet l-agħar daqqa ta’ ħarta ekonomika li qatt qalgħet, l-industrija tal-kotba f’Malta teħtieġ is-sapport kollu li tista’ tieħu mill-Gvern. Madankollu jekk l-ispazju fl-MCC se jkun ristrett, dan se jaffettwa b’mod gravi lill-avveniment innifsu u d-dħul li jiġġenera, li huma kruċjali biex l-industrija tal-kotba tibqa’ teżisti. Nixtiequ ninnutaw li f’dawn iċ-ċirkustanzi partikulari u mhux mistennija, meta tqis li l-KNK huwa l-aktar klijent konsistenti u leali tal-MCC – użajna s-swali tiegħu fi żmien il-pandemija meta ħaddieħor kien qed jikkanċella kollox – qed niġu ttrattati b’dal-mod ħażin mill-eżekuttiv u l-amministrazzjoni tal-MCC. Nixtiequ anki nfakkru li s-sena l-oħra Cirque de Soleil fallew, u allura s-sussidju pubbliku tal-Gvern Malti lil dil-kumpanija jista’ jkollu bażi legali dubjuża immens, u aktarx huwa illegali skont regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, jidher li f’Malta biss iseħħu dawn l-affarijiet, fejn għandek Gvern li jieħu d-deċiżjoni bizarra u assurda li jipprijoritarizza grupp artistiku barrani u mhux lill-industrija kultura lokali. Anki jekk l-għan ewlieni tal-Gvern hu li jippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni turistika, qed iwaqqa’ l-ġebla fuq saqajh jekk jagħmel dan billi jiffavorixxi gruppi artistiċi barranin minflok lill-industrija kreattiva lokali. L-industrija tal-kotba magħmula minn negozji żgħar ta’ familji li jaħdmu iebes, u l-Gvern imissu jifhem dan. Nilqgħu l-intervent tal-Gvern biss jekk jidħol bis-serjetà f’dil-kwistjoni ħalli jagħtiha l-attenzjoni li jixirqilha u ma noqogħdux intawlu bla bżonn. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More