Home / News / Donazzjoni kbira ta’ kotba għall-Milied mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Donazzjoni kbira ta’ kotba għall-Milied mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other 21st December, 2020 Illum il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta numru kbir ta’ kotba bħala donazzjoni lil Malta Libraries, li issa jitqassmu f’kull librerija pubblika f’Malta u f’Għawdex kif ukoll f’libreriji oħra amminstrati minnha, bħal libreriji fi dar tax-xjuħ. Il-kotba kienu jinkludu, iżda mhux biss, rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka bil-Malti u bl-Ingliż li jvarjaw minn rumanzi, novelli, poeżija, drama, traduzzjoni, letteratura mhux fittizja, riċerka ġenerali, bijografika u storjografika, sa kotba tat-tfal u l-adolexxenti kemm fittizji u anki mhux fittizji. Il-valur tad-donazzjoni kien ta’ €100,000. Din kienet ir-raba’ xirja straordinarja li l-KNK għamel dis-sena. Dax-xirjiet kienu jiffurmaw parti minn damma akbar ta’ inizjattivi biex il-pubblikaturi jiġu megħjuna jgħaddu sena mifnija minn imxija li tat daqqa ta’ ħarta oħra lil industrija tal-kotba, li diġà għandha d-diffikultajiet tagħha. F’Marzu li għadda l-KNK xtara b’ €10,000 f’kotba mingħand il-pubblikaturi lokali, imbagħad żewġ xirjiet oħra ta’ €20,000 kull waħda f’April u Mejju. Għalhekk, jekk tiġi inkluża d-donazzjoni ta’ Diċembru, dis-sena l-KNK għen fil-likwidità tal-industrija tal-kotba b’€150,000 f’bejgħ ta’ kotba. Barra did-donazzjoni lil Malta Libraries, entitajiet oħra iżgħar – il-maġġorparti Għaqdiet mhux Governattivi (NGOs) – se jirċievu donazzjonijiet oħra fl-2021. Id-donazzjoni tal-kotba saret mid-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano (fix-xellug tar-ritratt), lil-Librara Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Cheryl Falzon (fil-lemin tar-ritratt). SHARE POST Related Articles Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Read More POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More view all similar news
Il-letteratura għat-tfal tieħu ħajja dinamika waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 10th September, 2025 Read More
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More