Home / News / Donazzjoni kbira ta’ kotba għall-Milied mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Donazzjoni kbira ta’ kotba għall-Milied mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Inizjattivi • Other 21st December, 2020 Illum il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta numru kbir ta’ kotba bħala donazzjoni lil Malta Libraries, li issa jitqassmu f’kull librerija pubblika f’Malta u f’Għawdex kif ukoll f’libreriji oħra amminstrati minnha, bħal libreriji fi dar tax-xjuħ. Il-kotba kienu jinkludu, iżda mhux biss, rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka bil-Malti u bl-Ingliż li jvarjaw minn rumanzi, novelli, poeżija, drama, traduzzjoni, letteratura mhux fittizja, riċerka ġenerali, bijografika u storjografika, sa kotba tat-tfal u l-adolexxenti kemm fittizji u anki mhux fittizji. Il-valur tad-donazzjoni kien ta’ €100,000. Din kienet ir-raba’ xirja straordinarja li l-KNK għamel dis-sena. Dax-xirjiet kienu jiffurmaw parti minn damma akbar ta’ inizjattivi biex il-pubblikaturi jiġu megħjuna jgħaddu sena mifnija minn imxija li tat daqqa ta’ ħarta oħra lil industrija tal-kotba, li diġà għandha d-diffikultajiet tagħha. F’Marzu li għadda l-KNK xtara b’ €10,000 f’kotba mingħand il-pubblikaturi lokali, imbagħad żewġ xirjiet oħra ta’ €20,000 kull waħda f’April u Mejju. Għalhekk, jekk tiġi inkluża d-donazzjoni ta’ Diċembru, dis-sena l-KNK għen fil-likwidità tal-industrija tal-kotba b’€150,000 f’bejgħ ta’ kotba. Barra did-donazzjoni lil Malta Libraries, entitajiet oħra iżgħar – il-maġġorparti Għaqdiet mhux Governattivi (NGOs) – se jirċievu donazzjonijiet oħra fl-2021. Id-donazzjoni tal-kotba saret mid-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano (fix-xellug tar-ritratt), lil-Librara Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Cheryl Falzon (fil-lemin tar-ritratt). SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More