Home / News / Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries Other 23rd June, 2014 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni oħra ta’ kotba lil Malta Libraries. Il-parti l-kbira tad-donazzjoni hija magħmula minn letteratura ta’ finzjoni għal qarrejja adulti, kotba tal-arti u Melitensia. Id-donazzjoni saret mill-maniġer tal-Kunsill tal-Ktieb, is-Sur John Grech, fl-uffiċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Ms. Cheryl Falzon. Donazzjoni oħra ta’ kotba, li tinkludi wkoll għażla kbira ta’ letteratura klassika Franċiża u kotba ta’ tagħlim bil-lingwa Franċiża, se ssir lill-Junior College nhar it-Tlieta li ġej. Dawn id-donazzjonijiet huma parti minn sforz kontinwu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jimlew l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi u ta’ l-iskejjel b’materjal ta’ qari ta’ kwalità għolja. Diġà din is-sena, l-KNK għamel b’kollox 5 donazzjonijiet kbar, inkluż donazzjoni ta’ letteratura Maltija lil Sir MA Refalo Sixth Form fir-Rabat, Għawdex, bħala parti mill-ftuħ tal-Fest tal-Ktieb fis-Sajf fl-14 ta’ Lulju fil-preżenza ta’ L-Onor. Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana. Saret donazzjoni oħra ta’ kotba lil St Nicholas College Dingli Primary fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2017. Iktar donazzjonijiet tal-kotba huma ppjanati għall-futur qarib, bili-ħsieb li jinkludu istituzzjonijiet oħra bħal sptarijiet u ċentri korrettivi. Il-kotba donati lil Malta Libraries se jitqassmu bejn il-fergħat lokali tal-libreriji f’Malta u Għawdex matul il-ftit ġimgħat li ġejjin. Il-KNK jħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex iżuru l-libreriji lokali tagħhom b’mod aktar frekwenti u jagħmlu użu aktar sħiħ minn dawn is-servizzi kulturali essenzjali. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More