Home / News / Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries Other 23rd June, 2014 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għamel donazzjoni oħra ta’ kotba lil Malta Libraries. Il-parti l-kbira tad-donazzjoni hija magħmula minn letteratura ta’ finzjoni għal qarrejja adulti, kotba tal-arti u Melitensia. Id-donazzjoni saret mill-maniġer tal-Kunsill tal-Ktieb, is-Sur John Grech, fl-uffiċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Ms. Cheryl Falzon. Donazzjoni oħra ta’ kotba, li tinkludi wkoll għażla kbira ta’ letteratura klassika Franċiża u kotba ta’ tagħlim bil-lingwa Franċiża, se ssir lill-Junior College nhar it-Tlieta li ġej. Dawn id-donazzjonijiet huma parti minn sforz kontinwu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb biex jimlew l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi u ta’ l-iskejjel b’materjal ta’ qari ta’ kwalità għolja. Diġà din is-sena, l-KNK għamel b’kollox 5 donazzjonijiet kbar, inkluż donazzjoni ta’ letteratura Maltija lil Sir MA Refalo Sixth Form fir-Rabat, Għawdex, bħala parti mill-ftuħ tal-Fest tal-Ktieb fis-Sajf fl-14 ta’ Lulju fil-preżenza ta’ L-Onor. Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana. Saret donazzjoni oħra ta’ kotba lil St Nicholas College Dingli Primary fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb 2017. Iktar donazzjonijiet tal-kotba huma ppjanati għall-futur qarib, bili-ħsieb li jinkludu istituzzjonijiet oħra bħal sptarijiet u ċentri korrettivi. Il-kotba donati lil Malta Libraries se jitqassmu bejn il-fergħat lokali tal-libreriji f’Malta u Għawdex matul il-ftit ġimgħat li ġejjin. Il-KNK jħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex iżuru l-libreriji lokali tagħhom b’mod aktar frekwenti u jagħmlu użu aktar sħiħ minn dawn is-servizzi kulturali essenzjali. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More