Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Back to News Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur 2024 Inizjattivi • Other 23rd April, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries, illum fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur. Din hija waħda minn żewġ donazzjonijiet kbar li l-KNK jagħti kull sena lil Malta Libraries, sabiex nassiguraw li l-ixkafef tal-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex jibqa’ jkollhom l-aħjar u l-aktar kotba riċenti ppubblikati f’Malta. Id-Direttur Eżekuttiv tal-KNK, Simona Cassano, ippreżentat għadd ta’ kotba li jvarjaw minn kotba għall-adulti u ż-żgħażagħ kemm ta’ natura fittizja, mhux fittizja u akkademika, sa kotba għat-tfal. Fost dal-kotba wieħed isib rebbieħa u finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2023. Doreen Borg Zammit, Deputat Librara, laqgħet il-kotba f’isem Malta Libraries. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet tal-Awtur, il-KNK bi pjaċir qed jaqsam l-ewwel episodju tas-serje ‘Kif Isir Ktieb’, f’ħidma ma’ Lovin Malta. F’dan il-filmat, Franco Portelli minn Gutenberg Press, Glen Calleja minn Kotba Calleja, u Chris Gruppetta minn Merlin Publishers jitkellmu dwar il-ktieb bħala prodott u l-proċess tal-produzzoni, kemm mil-lat industrijali u anki minn dak artiġjanali. Ibqgħu segwuna għaż-żewġ episodji li jmiss, li se jkunu magħkom dalwaqt! SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More