Home / News / Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries għall-Jum Dinji tal-Ktieb, u Jum il-Libreriji 2019 back to news Donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries għall-Jum Dinji tal-Ktieb, u Jum il-Libreriji 2019 Inizjattivi • Other 22nd April, 2019 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħaseb biex jagħti għotja mdaqqsa ta’ kotba lil Malta Libraries biex dawn jitqassmu f’libreriji varji madwar Malta u Għawdex. Il-kotba jinkludu wħud mill-aqwa titli li wieħed jista’ jsib fi djar ta’ pubblikazzjoni varji f’Malta, fosthom ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018, u eventwalment ikunu disponibbli fuq l-ixkafef tal-libreriji f’Malta u f’Għawdex. Id-donazzjoni fiha għażla varjata ta’ rumanzi oriġinali u tradotti għall-kbar u ż-żgħażagħ, poeżija, kotba oriġinali u tradotti għat-tfal, xogħlijiet ta’ għamla akkademika, storjografika, bijografika, ta’ riċerka ġenerali u aktar. Il-Maniġer Anzjan tal-KNK, Simona Cassano, ippreżentat id-donazzjoni lil Cheryl Falzon, il-Librara Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries. Il-KNK għandu sehem ewlieni fl-industrija tal-kotba f’Malta, u parti minn dax-xogħol hu li jippromwovi kultura ta’ qari fost kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ u ż-żgħar. Il-Kunsill diġà għamel bosta għotjiet dis-sena, kemm lil Malta Libraries, kif ukoll lil organizzazzjonijiet oħra f’okkażjonijiet differenti. Il-pjan hu għal aktar donazzjonijiet fl-2019. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More