Home / News / Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Back to News Donazzjoni ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lil Malta Libraries Inizjattivi • Other 17th December, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), fil-funzjoni tiegħu ta’ aġent kulturali u edukattiv, ippreżenta diversi kotba lill-Malta Libraries, sabiex jiġu fornuti l-libreriji pubbliċi madwar Malta u Għawdex. Din id-donazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-kotba u l-qari fis-soċjetà Maltija, għan ewlieni tal-KNK. Id-donazzjoni inkludiet prinċiparjament kotba rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, tal-Premju Terramaxka, kotba li kienu fil-lista finali ta’ dawn l-istess premji u kotba oħra maħruġa minn pubblikaturi Maltin fl-aħħar sentejn, u varjaw minn letteratura fittizja bħal rumanzi, ġabriet ta’ novelli, poeżija u drama għal letteratura mhux fittizja bħal bijografiji u storjagrafiji. Donazzjoni simili ssir ukoll fil-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji f’April. Donazzjonijiet bħal dawn huma ta’ sostenn ta’ likwidità għall-pubblikatur, speċjalment bħalissa, meta l-pubblikaturi qed jaffaċċjaw sfidi finanzjarji minħabba ż-żieda fil-prezz tal-karta. Id-donazzjoni tal-kotba saret mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri, lil-Librara Nazzjonali u Kap Eżekuttiv ta’ Malta Libraries, Cheryl Falzon. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More