Home / News / Esebituri u Edukaturi — applikaw issa biex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024! back to news Esebituri u Edukaturi — applikaw issa biex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024! Festivals • Inizjattivi • Other 9th May, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed jiftaħ l-applikazzjonijiet għall-esebituri u r-reġistrazzjonijiet tal-istudenti għall-edukaturi li jixtiequ jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Festival se jittella’ bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ikompli jibni fuq il-wirt għani li ħalliet warajha dik li kienet tissejjaħ ‘il-Fiera tal-Ktieb’ u mis-sena 2013 ’l hawn, il-Festival sar parti integrali mill-kalendarju kulturali annwali tal-gżira bħala l-akbar ċelebrazzjoni tal-kotba f’Malta u Għawdex. Organizzat mill-KNK, il-Festival ta’ kull sena jilqa’ eluf ta’ viżitaturi, mill-kbar saż-żgħar u minn imkejjen differenti tal-ħajja, li jgawdu minn numru ta’ esebituri u attivitajiet li qegħdin kulma jmur jiżdiedu. Il-preżenza ta’ mistiedna internazzjonali rinomati ssaħħaħ dejjem aktar il-valur ta’ dan il-festival bħala ċelebrazzjoni prestiġġjuża tal-kelma miktuba. Applikazzjoni għall-Esebituri Il-formola tal-applikazzjoni, bir-regolamenti u l-proviżjonijiet aġġornati, hija miftuħa għall-pubblikaturi lokali u internazzjonali kollha, distributuri tal-kotba, ħwienet tal-kotba u aġenziji tal-kotba. Għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u entitajiet pubbliċi li l-kamp tal-attività tagħhom jinvolvi l-pubblikazzjoni ta’ kotba jew il-promozzjoni tal-letteratura, kif ukoll kittieba awtoppubblikati, huma wkoll eliġibbli biex japplikaw. L-istands kollha se jkunu ssussidjati mill-KNK u mnaqqsa b’75% bl-għan li ngħinu lill-esebituri prospettivi. Bħalma sar f’edizzjonijiet preċedenti, l-esebituri jistgħu jitolbu ħlas lura sħiħ fuq il-miżata tal-applikazzjoni jekk jirreġistraw għall-iskema ta’ rifużjoni u jippromwovu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-attivitajiet u l-kotba tagħhom, u/jew il-parteċipazzjoni nnifisha tal-esebitur bis-saħħa ta’ reklami jew avviżi fl-istampa lokali jew tagħrif promozzjonali ibbuwstjat fuq il-mezzi soċjali. Dawk kollha interessati jieħdu sehem huma mħeġġa biex japplikaw kmieni u jippreżentaw lista dettaljata, jekk għandhom, ta’ attivitajiet li jixtiequ jinkludu fil-programm kulturali tal-Festival flimkien mal-applikazzjoni tagħhom. Ġentilment ninfurmaw li dawk l-applikazzjonijiet li jiddaħħlu kmieni se jingħataw preferenza fil-programm tal-attivitajiet. Preferibbilment, l-applikazzjoni għandha timtela online sal-Ġimgħa, l-14 ta’ Ġunju 2024. Reġistrazzjoni għaż-Żjajjar mill-Iskejjel Mil-lum ukoll, l-edukaturi huma mistiedna biex jirreġistraw l-istudenti tagħhom ħalli jattendu l-Festival. Dis-sejħa tapplika għall-kapijiet tal-Kulleġġ, kapijiet tal-Iskejjel Primarji, Medji u Sekondarji (tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti), applikanti preċedenti, għalliema u librara tal-iskejjel. L-istudenti se jkunu jistgħu jattendu l-Festival nhar l-Erbgħa, il-Ħamis jew il-Ġimgħa mid-9am jew mill-11am, b’opportunitajiet biex jipparteċipaw f’attivitajiet u spettakli. Kull student irreġistrat se jirċievi vawċer ta’ €5 li jkun jista’ jsarrfu waqt il-Festival, kif ukoll ikun jista’ jattendi xows addattati skont l-età fit-Teatru tal-Festival. Ix-xows teatrali live se jkunu bbażati fuq xogħlijiet ta’ awturi u illustraturi Maltin. Ix-xows se jiġu bbukkjati abbażi ta’ min jirreġistra l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kunsill qed jaħdem qatigħ biex jorganizza l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bl-istess enerġija u dedikazzjoni tas-snin preċedenti, iżda b’aktar irfinar u iżjed x’joffri grazzi għas-suġġerimenti tal-għalliema li tajna widen għalihom wara l-edizzjoni tas-sena l-oħra. Inħeġġu lill-edukaturi jagħfsu fuq din il-ħolqa biex juru l-interess tagħhom billi jibbukkjaw sal-25 ta’ Ġunju 2024 ħalli jassiguraw post għall-iskola tagħhom biex iżżur il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ħerqanin ħafna biex nilqgħu esebituri, organizzaturi tal-attivitajiet, u edukaturi flimkien mal-istudenti tagħhom waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. Segwi s-sit u l-paġna Facebook għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar eliġibbiltà biex tipparteċipa jekk jogħġbok kellem lil Jasmine Bajada fuq jasmine-alexa.bajada@gov.mt. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More