Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali Inizjattivi • Other 19th July, 2022 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippubblika Espressjoni ta’ Interess għall-pożizzjoni ta’ Organizzatur Kulturali. Skop, Servizz u Tul L-iskop ta’ din l-Espressjoni t’Interess huwa li tfittex is-servizzi full-time t’Organizzatur Kultura fuq bażi ta’ kuntratt definit ta’ sena. Il-kandidat għandu jkollu kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF, ħakma eċċellenti kemm tal-Malti kif ukoll tal-Ingliż, għarfien eċċellenti tal-Microsoft Office, kapaċi juża l-mezzi tal-midja soċjali, u għandu għarfien tal-industrija tal-ktieb Malti, tal-pubblikazzjoni u l-letteratura lokali. Esperjenza ta’ xogħol preċedenti fl-organizzazzjoni t’avvenimenti ħa tkun ikkunsidrata bħala vantaġġ. Il-post fejn il-Kandidat/a magħżul/a jagħti s-servizz tiegħu huwa fl-Uffiċċji tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Kumpless Bice Mizzi Vassallo, Triq Arnhem, Pembroke. Il-ħatra tkun għal perjodu ta’ sena (1) waħda, li tista’ tiġġedded jekk jintlaħqu livelli sodisfaċenti ta’ prestazzjoni, fuq bażi ta’ ġimgħa ta’ 40 siegħa. Sottomissjonijiet t’applikazzjonijiet Persuni interessati u li huma eliġibbli sabiex japplikaw għandhom jindikaw dan l-interess billi jibagħtu imejl fuq nationalbookcouncil@gov.mt u jehmżu ittra u s-CV tagħhom, sa mhux aktar tard minn nofsinhar tad-29 ta’ Lulju 2022 u jindikaw fl-imejl is-suġġett u r-referenza tal-Espressjoni tal-Interess (Services of Cultural Organiser – EOI 1/2022). Ħlas Qed tiġi offruta remunerazzjoni (paga bażika) ta’ €26,000 fis-sena. Aqra l-Espressjoni ta’ Interess fl-intier tagħha minn hawn. It-tħabbira tista’ tinqara fuq il-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More