Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida Other • Pubblikazzjonijiet 21st March, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ espressjoni ta’ interess għal edituri u pubblikaturi li huma lesti jieħdu ħsieb ‘Antoloġija ta’ Kitba Maltija Maqluba għall-Ingliż’. L-Antoloġija hija waħda mill-proġetti li l-Kunsill qed imexxi sabiex jippromovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Il-pubblikazzjoni hija maħsuba biex tiġi użata biss għal skopijiet ta’ reklamar u esebizzjoni. Mhux ser tkun għall-bejgħ imkien u ser titqassam b’xejn. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu baġit ta’ madwar €15,000 għal dan il-proġett iżda l-ammont jaf jinbidel skond l-offerti tal-edituri jew pubblikaturi. Ir-rowl tal-editur jew pubblikatur: B’kuntrast mar-rowl tradizzjonali ta’ editur, l-editur huwa mistenni li jkun il-moħħ wara l-proġett, għalkemm ħafna mix-xogħol tat-tmexxija tal-proġett ser isir mit-tim tal-Kunsill. It-tim ser joffri għajnuna fil-koordinazzjoni tal-proċess ta’ pubblikazzjoni (eżempju, fil-qari tal-provi, l-għażla tal-għamla tal-ktieb, eċċ). Apparti minn hekk, il-Kunsill se jkollu r-rowl ta’ editur u jżomm id-dritt tad-deċiżjoni finali fuq l-għażla tas-siltiet, l-għażla tat-traduzzjoni, l-għamla tal-ktieb u aspetti oħra tal-pubblikazzjoni. L-editur jew pubblikatur huwa mistenni li: 1.Imexxi l-proċess ta’ għażla 2. Jieħu ħsieb il-proċess ta’ traduzzjoni għall-Ingliż 3. Ikun responsabbli għall-kwalità tal-manuskritti magħżula għat-traduzzjoni 4. Jiġbor, jeditja u jirrevedi l-manuskritti IMPORTANTI: Il-pagament ser isir fl-2018, wara li titlesta l-antoloġija, jiġifieri qabel Frar 2018. Id-deċiżjoni finali ta’ min se jieħu l-pubblikazzjoni hija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Jekk għandek interess tkun l-editur jew il-pubblikatur ta’ din l-antoloġija għandek: ** Tistudja sew il-pubblikazzjonijiet ta’ qabel (‘Beyond a Satin Sea’ u ‘Tangerine Sky’) ** Tikteb lil Simona Cassano fuq simona.cassano@gov.mt jekk tixtieq iktar tagħrif jew għax għandek xi mistoqsijiet. ** L-espressjoni ta’ interess għandha tintbagħat lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800 sa mhux aktar tard mill-5 ta’ wara nofsinhar tat-30 ta’ Ġunju 2017. SHARE POST Related Articles POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More view all similar news
POŻIZZJONI TA’ MANAGER MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB: JOBSPLUS PERMIT NUMBER 881/2025 News 9th September, 2025 Read More
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More