Home / News / Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida Back to News Espressjoni ta’ Interess għall-Pubblikazzjoni ta’ Antoloġija Ġdida Other • Pubblikazzjonijiet 21st March, 2017 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ espressjoni ta’ interess għal edituri u pubblikaturi li huma lesti jieħdu ħsieb ‘Antoloġija ta’ Kitba Maltija Maqluba għall-Ingliż’. L-Antoloġija hija waħda mill-proġetti li l-Kunsill qed imexxi sabiex jippromovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Il-pubblikazzjoni hija maħsuba biex tiġi użata biss għal skopijiet ta’ reklamar u esebizzjoni. Mhux ser tkun għall-bejgħ imkien u ser titqassam b’xejn. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu baġit ta’ madwar €15,000 għal dan il-proġett iżda l-ammont jaf jinbidel skond l-offerti tal-edituri jew pubblikaturi. Ir-rowl tal-editur jew pubblikatur: B’kuntrast mar-rowl tradizzjonali ta’ editur, l-editur huwa mistenni li jkun il-moħħ wara l-proġett, għalkemm ħafna mix-xogħol tat-tmexxija tal-proġett ser isir mit-tim tal-Kunsill. It-tim ser joffri għajnuna fil-koordinazzjoni tal-proċess ta’ pubblikazzjoni (eżempju, fil-qari tal-provi, l-għażla tal-għamla tal-ktieb, eċċ). Apparti minn hekk, il-Kunsill se jkollu r-rowl ta’ editur u jżomm id-dritt tad-deċiżjoni finali fuq l-għażla tas-siltiet, l-għażla tat-traduzzjoni, l-għamla tal-ktieb u aspetti oħra tal-pubblikazzjoni. L-editur jew pubblikatur huwa mistenni li: 1.Imexxi l-proċess ta’ għażla 2. Jieħu ħsieb il-proċess ta’ traduzzjoni għall-Ingliż 3. Ikun responsabbli għall-kwalità tal-manuskritti magħżula għat-traduzzjoni 4. Jiġbor, jeditja u jirrevedi l-manuskritti IMPORTANTI: Il-pagament ser isir fl-2018, wara li titlesta l-antoloġija, jiġifieri qabel Frar 2018. Id-deċiżjoni finali ta’ min se jieħu l-pubblikazzjoni hija tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Jekk għandek interess tkun l-editur jew il-pubblikatur ta’ din l-antoloġija għandek: ** Tistudja sew il-pubblikazzjonijiet ta’ qabel (‘Beyond a Satin Sea’ u ‘Tangerine Sky’) ** Tikteb lil Simona Cassano fuq simona.cassano@gov.mt jekk tixtieq iktar tagħrif jew għax għandek xi mistoqsijiet. ** L-espressjoni ta’ interess għandha tintbagħat lis-Segretarju, Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph J. Mangion, Floriana FRN 1800 sa mhux aktar tard mill-5 ta’ wara nofsinhar tat-30 ta’ Ġunju 2017. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More