Home / News / Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm Back to News Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 16th February, 2018 [vc_row][vc_column][vc_column_text]Dan huwa l-programm ta’ attivitajiet kulturali għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 (verżjoni għall-mowbajl). Il-Festival se jsir fil-quadrangle tal-Università fil-21-22-23 ta’ Marzu u se jkun miftuħ fil-21 u fit-22 ta’ Marzu mid-9am sa l-4pm u mid-9am sa tard nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu. Il-programm huwa mimli attivitajiet, li jinkludu tnidijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, intervisti u taħditiet ma’ awturi, artisti u akkademiċi, kollha maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom ikunu ta’ interess kbir għal studenti universitarji kif ukoll għall-membri tal-pubbliku li għandhom għal qalbhom il-kotba u l-letteratura. Fost l-attivitajiet ewlenin ta’ din is-sena ser ikun hemm workshop u żewġ taħditiet mal-mistieden speċjali, Jasmin B. Frelih, kittieb Sloven u rebbieħ tal-Premju tal-Unjoni Ewropea għall-Letteratura (2016). L-awtur lokali Immanuel Mifsud se jmexxi taħdita ma’ Frelih dwar it-tema tal-letteratura Jugożlava, filwaqt li Noel Tanti se jintervista lill-awtur fuq suġġetti aktar ġenerali. Frelih se jieħu sehem ukoll f’sessjoni ta’ palk ħieles li se ssir fl-aħħar jum tal-Festival, il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu. Dawk kollha li jżuru l-Festival huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-attività u jitilgħu fuq il-palk sabiex jaqraw, jkantaw, idoqqu jew jirreċtaw xi test preparat għall-okkażjoni jew inkella spirtu pront. Attivitajiet oħra jinkludu għadd ta’ tnidijiet ta’ kotba bħal The Maltese Cinderella ta’ Dr Veronica Veen, preżentazzjoni dwar William Blake u t-tekniki tal-istampar mill-artist lokali magħruf Jesmond Vassallo, żewġ sessjonijiet mal-istudjuż Ġermaniż Moritz Sommer, kif ukoll ser jintwera film qasir ta’ 16-il minuta, Frankenstein ta’ J. Searle Dawley, segwit minn diskussjoni dwar l-adattament tal-kapolavur ta’ Mary Shelley għaċ-ċinema ma’ Prof. Savior Catania u Prof. Gloria Laura Lucente. Għal dawk b’interess fil-lingwa Maltija u l-istorja tagħha, Għaqda tal-Malti ħejjiet numru ta’ attivitajiet eċċitanti, inkluż diskors minn Dr Bernard Micallef dwar intellettwali Malti tas-seklu 17, Giovan Francesco Bounamico, diskussjoni ta’ Michael Zammit dwar il-filosofija bil-Malti, u żjarat iggwidati fit-taqsima tal-Melitensia tal-Librerija tal-Università li normalment ma tkunx miftuħa għall-pubbliku. Il-Ktieb Festival fuq il-Kampus, li huwa mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, huwa miftuħ għal studenti, akkademiċi u membri tal-pubbliku. Għal aktar informazzjoni segwi l-paġna FB u s-sit tal-Kunsill (www.ktieb.org). Tista’ tniżżel il-programm f’format pdf hawnhekk (verżjoni għall-mowbajl). [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”19801,19802,19803,19804,19805″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”19800″ img_size=”large”][/vc_column][vc_column width=”1/2″][vc_single_image image=”19806″ img_size=”large”][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text][add_posts category=campus-festival-mt show=100][/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More Inniedu l-Powster tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25! Festivals 16th June, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More view all similar news
Jeff VanderMeer huwa l-mistieden speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ’25 Festivals 24th June, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 29th April, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More