Home / News / Film Premiere fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Film Premiere fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 2nd November, 2017 Il-proġett rebbieħ tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra tal-KNK huwa film ta’ 15-il minuta msejjes fuq storja qasira ta’ Prof. Joe Friggieri, Dritt għall-Punt, meħuda mill-ġabra ta’ stejjer qosra Nismagħhom Jgħidu. Il-proġett ġie ppreżentat minn Charles Stroud u l-kumpanija tal-films Mitħolma. Bħala il-proġett rebbieħ, il-film kien iffinanzjat mill-KNK u se jkollu l-premiere tiegħu nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru. Dritt għall-Punt hija storja dwar totalitarjaniżmu u l-libertà artistika. Il-protagonist, is-Sur Adamov, huwa kittieb li ġie mħarrek mill-forzi tas-sigurtà tal-istat minħabba xi poeżiji u stejjer li huwa ppubblika u li fihom jidher li qed jikkritika l-istat f’forom differenti – permezz ta’ analoġija u metafora, jew aktar ġeneralment, billi juri l-ħajja fil-pajjiż fil-kruha kollha tagħha. Ladarba jasal fiċ-ċentru tal-pulizija, jiġi nterrogat minn uffiċjal sarcastiku li jħalli lil Adamov żewġ għażliet – jew jikkoreġi dawk il-passaġġi ‘ħżiena’ jew jammetti d-disprezz tiegħu lejn l-awtorità. Il-fatt li l-għażliet mhumiex neċessarjament esklussivi b’mod reċiproku, fis-sens li wieħed jista’ jirrifjuta li jbiddel dak li kiteb filwaqt li jsostni li m’għandu l-ebda ambizzjonijiet rivoluzzjonarji, jintesa’ (kemm mill-protagonista kif ukoll mill-qarrej) hekk kif l-uffiċjal iżid l-intensità u r-ritmu tal-interrogazzjoni. L-azzjoni drammatika tal-istorja hija maħluqa kompletament mid-djalogu, ħaġa li normalment nassoċjaw mat-teatru – Kiss of the Spider Woman ta’ Manuel Puig, per eżempju. Huwa preċiżament dan l-aspett li spira lil Charles Stroud, flimkien ma’ ibnu Matthew, biex jipproponu l-addatament ta’ Dritt for-Punt – l-istruttura drammatika tal-istorja tidher magħmula għall-adattament ċinematiku. Il-membri tal-pubbliku m’għandhomx jitilfu din l-opportunità biex jaraw il-film fil-premiere tiegħu fit-8:30 ta’ filgħaxija, Sir Temi Zammit Hall, MCC (Valletta) nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru. Wara l-premiere se jkun hemm diskussjoni dwar l-adattament tal-films ma’ Charles u Matthew Stroud u għadd ta’ kelliema mistiedna, fosthom Kenneth Scicluna u Dr Savior Catania. Membri tal-udjenza se jkunu jistgħu jipparteċipaw billi jagħmlu mistoqsijiet jew jikkummentaw fuq il-film jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mad-diskussjoni. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More