Home / News / Fond għall-Esportazzjoni Kulturali – Għotjiet għat-Traduzzjoni back to news Fond għall-Esportazzjoni Kulturali – Għotjiet għat-Traduzzjoni Other 23rd February, 2018 Individwi ibbażati f’Malta, pubblikaturi rreġistrati f’Malta jew internazzjonali, u organizzazzjonijiet rikonoxxuti legalment huma kollha eliġibbli bħala applikanti għall-Għotja tat-Traduzzjoni għall-Esportazzjoni Kulturali 2018 tal-Malta Arts Council. Il-Fond għandu l-għan li jżid il-viżibilità tal-letteratura lokali billi jiffinanzja proġetti ta’ traduzzjoni mill-Malti għal lingwa oħra. Għall-finijiet tal-għotja, it-terminu ‘letteratura’ jinkludi r-rumanzi u letteratura fittizja in ġenerali, poeżija, drama, rumanzi grafiċi u anke materjal ta’referenza li jiffoka fuq il-kultura u l-arti. Is-sottotitolar ta’ skripts tal-films jew dokumentarji jaqgħu wkoll taħt l-iskema sakemm il- materjal tal-iffilmjar kien prodott minn kumpanija awdjoviżiva lokali u diġà ġie mxandar. Kull proġett jista’ jiġi allokat massimu ta’ 5000 euro, li jistgħu jkopri 100% tal-ispejjeż. Għandu jkun ċar, madankollu, li dawn l-ispejjeż għandhom ikunu spejjeż ta’ traduzzjoni. Fi kliem ieħor, il-fond mhux se jkopri spejjeż ta’ stampar, drittijiet, jew il-promozzjoni ta’ materjal ippubblikat. L-għotja tkopri biss l-ispejjeż tat-traduzzjoni, l-editjar u l-qari tal-provi. Huwa importanti wkoll li wieħed iżomm f’moħħu li l-fond huwa kompetittiv u kull applikazzjoni se tiġi evalwata minn bord indipendenti ta’ evalwazzjoni skond kriterji speċifiċi. Dawn il-kriterji jistgħu jinġabru fi tliet punti ewlenin: Il-kwalità tal-proġett Involviment internazzjonali Ġestjoni professjonali u finanzjarja tal-proġett Fir-rigward tal-kwalità tal-proġett, l-enfasi ewlenija hija fuq ix-xogħol ta’ traduzzjoni nnifsu. Jiġifieri, il-kwalità tat-traduzzjoni u l-valur letterarju u kulturali tat-test magħżul għat-traduzzjoni. Il-kriterju tal-involviment internazzjonali jirreferi, prinċipalment, għall-pjan ta’ distribuzzjoni – kif u fejn se jinbiegħu jew isiru viżibbli x-xogħlijiet tradotti għal qarrejja barranin? Il-kriterju jevalwa wkoll kemm il-proġett joħloq ambitu għal kooperazzjoni internazzjonali. Il-ġestjoni tal-proġett tirreferi għall-baġit u l-iskadenzi proposti mill-applikant. Huwa importanti ħafna li l-kwotazzjonijiet li jidhru fit-tqassim tal-baġit tal-applikazzjoni huma realistiċi u sostanzjati minn referenzi reali minn professjonisti. L-applikazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Arti hawnhekk. Hemm żewġ skadenzi – waħda fid-19 ta’ April 2018 u l-oħra fit-18 ta’ Ottubru 2018. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ lill-applikanti eliġibbli kollha biex japplikaw u jagħmlu użu minn din l-opportunità biex iniedu kwalunkwe proġett ta’ traduzzjoni li setgħu kienu qed jippjanaw. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More