Home / News / Fondi u Konkorsi tal-KNK fl-2021: Dati Ewlenin back to news Fondi u Konkorsi tal-KNK fl-2021: Dati Ewlenin Fondi • Fondi awdjoviżivi • Inizjattivi • Konkors Nazzjonali tal-Poeżija • Konkorsi għaż-żgħażagħ • Konkorsi Letterarji • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 3rd February, 2021 Fl-2021 il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qiegħed għal darb’oħra jimmaniġġja fondi u premji mifruxa f’għadd ta’ inizjattivi mmirati biex tikber il-letteratura Maltija u tissaħħaħ il-kultura tal-qari u l-ktieb. Il-fondi, ngħidu aħna t-tiġdid riċenti tal-Fond Malti tal-Ktieb u s-sejħa bijennali tal-Fond għal Addattament Ċinematografiku, jipprovdu s-sapport neċessarju lil kittieba, tradutturi, u produtturi tal-films biex dawn jeżegwixxu proġetti ta’ kwalità. Ma’ dawn żid il-konkorsi nazzjonali għall-poeżija, letteratura għaż-żgħażagħ, u l-prestiġju li jġib miegħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li lkoll jgħinu sabiex xogħlijiet tajbin ta’ letteratura u ta’ riċerka jingħataw l-attenzjoni li jistħoqqilhom. Dan isaħħaħ il-fehim tagħna nfusna, tad-dinja ta’ madwarna, u tal-wirt letterarju lokali. B’dawn il-programmi u inizjattivi l-KNK ikompli jimplimenta l-viżjoni tiegħu għal industrija tal-kotba b’saħħitha u li tikber. L-għan huwa li jiġu indirizzzati l-interessi kreattivi u ekonomiċi tal-imsieħba tagħna billi ninvestu u nippromwovu l-pubblikazzjonijiet lokali ma’ sferi usa’ ta’ qarrejja. Dawn huma d-dati tal-fondi u l-konkorsi ewlenin tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-2021: Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aktar premju letterarju prestiġġjuż li jingħata lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal kotba ppubblikati f’Malta s-sena ta’ qabel. Il-kotba finalisti fid-disa’ kategoriji tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u s-sitta tal-Premju Terramaxka jintgħażlu minn bord indipendenti ta’ aġġudikaturi li jsegwu regoli ta’ trasparenza u ġustizzja. Id-dati: L-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2021, għal kotba ppubblikati fl-2020, jiftħu bejn it-8 ta’ Marzu u s-26 ta’ April 2021 f’nofsinhar. Ir-rebbieħa jitħabbru waqt ċerimonja li ssir f’Diċembru 2021. Il-Fond Malti tal-Ktieb huwa mmirat biex iseddaq it-tkabbir kulturali fis-suq lokali tal-kotba u jissapportja proġetti ta’ valur kulturali u edukattiv għoli li jkunu qed jaffaċċjaw ċerti sfidi minħabba ċ-ċokon tas-suq lokali. Il-Fond iwieżen lill-awturi, it-tradutturi u l-pubblikaturi li jkollhom proġetti u inizjattivi ambizzjużi. Fl-istess ħin ikunu qed jiġu inċentivati l-professjonaliżmu u l-innovazzjoni fil-qasam li jkun. Il-Fond Malti tal-Ktieb 2021 għandu allokazzjoni ta’ €105,000 maqsumin f’żewġ kategoriji: Għotjiet għall-Pubblikazzjoni ta’ €50,000, u Għotjiet għat-Traduzzjoni ta’ €40,000 għal kotba Maltin maqluba f’lingwi oħra, u €15,000 għal kotba maqlubin għall-Malti. Kull għotja tista’ tiffinanzja sa 100% tal-proġett imressaq, sa massimu ta’ €5,000. Id-dati: Is-sejħa għat-tressiq tal-proġetti għall-Fond Malt tal-Ktieb fl-2021 se tiftaħ mit-12 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju. Il-klassifikiazzjoni tal-proġetti sottomessi tkun ippubblikata f’Lulju. Il-Fond għall-Addattament Ċinematografiku huwa programm bijennali li twaqqaf apposta biex jippromwovi l-letteratura Maltija bis-saħħa ta’ produzzjoni ta’ film ibbażat fuq wieħed mir-rebbieħa jew finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Fond jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni tal-proġett rebbieħ, b’allokazzjoni ta’ €200,000 li jgħaddu ladarba jiddeċiedi hekk bord indipendenti ta’ aġġudikanti. Id-dati: L-applikazzjonijiet għaIl-Fond għall-Addattament Ċinematografiku tal-KNK għall-2021 jiftħu bejn is-17 ta’ Mejju u t-30 ta’ Awwissu. Ir-riżultati jitħabbru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 (10-14 ta’ Novembru). Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef huwa l-iktar konkors prestiġjuż ta’ poeżija waħda bil-Malti, u nfetaħ fl-2019 bil-għan li jgħolli l-profil tal-poeżija f’Malta filwaqt li jiċċelebra l-kitba tajba tal-poeżija bl-ilsien Malti. Il-konkors annwali miftuħ għal poeti ta’ kull età, u jippremja tliet poeżiji waħedhom bil-Malti li ma jkunux ippubblikati. Kull xogħol sottomess ma jridx jaqbeż is-36 vers, u jkun evalwat minn aġġudikanti li ma jkunux jafu min hu l-kittieb jew kittieba. Dawn iħarsu lejn, u jippremjaw, l-awtentiċità, is-saħħa immaġinattiva, il-karattru distintiv tal-vuċi poetika, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit skont damma ta’ kriterji. Id-dati: Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2021 se jkun miftuħ għas-sottomissjonijiet bejn l-14 ta’ Ġunju u t-23 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru u jiġu ppremjati waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2021 (10-14 ta’ Novembru). Biex dejjem tkun aġġornat mal-inizjattivi tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb żur is-sit tagħna jew il-paġna tal-Facebook. SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More