Home / News / Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 back to news Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018 Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 7th March, 2018 Il-gruppi Fuzzhoneys u Cryptic Street se jkunu qegħdin jagħlqu l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fil-quadrangle tal-Università, b’mużika tat-tip garage rock u post-punk. Il-Festival, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba pjattaforma biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-kunċert jibda fit-8.00 pm. Id-duo Fuzzhoneys idoqqu mużika garage rock b’elementi ta’ blues, punk u soul. Il-vuċi ta’ Fancesca Mercieca mal-arranġament tal-bass, u d-drums inċiżivi ta’ Caroline Spiteri jagħmlu lil Fuzzhoneys uniċi u vibranti. Bħalissa, il-grupp qiegħed jippjana xi kunċerti waqt li jaħdem biex iniedi l-ewwel album tiegħu. Cryptic Street hu grupp ta’ erbgħa żgħażagħ mix-xena alternattiva bi stil post-punk, bil-vuċi ta’ Leona Farrugia, Janelle Borg fuq il-kitarra, Leanne Zammit fuq bass u Michelle Farrugia fuq id-drums. Il-mużika tagħhom titkellem dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti – minn ideat eżistenzjali għat-teknofobija u l-politika. L-ewwel album tagħhom Titty Monster għandu joħroġ f’Marzu. influwenzat mill-moviment Riot Grrrl, kif ukoll minn esperjenzi personali. Il-grupp għadu kemm irritorna minn kunċerti ġewwa r-Renju Unit u Spanja, fejn fetaħ għal gruppi internazzjonali fosthom Acid Mothers Temple u PINS. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus qiegħed jagħti spazju lil dawn iż-żewġ gruppi ġodda li se jkunu qegħdin joffru lill-udjenza serata ta’ mużika friska u żgħażugħa. Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv. Għal aktar tagħrif dwar il-kunċert u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn. [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More