Home / News / Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb Back to News Għajnuna bl-Applikazzjoni għall-Fond Malti tal-Ktieb Fondi • Other 14th August, 2017 Peress li qed toqrob id-data tal-għeluq tal-Fond Malti tal-Ktieb, il-KNK jixtieq ifakkar lill-applikanti interessati kollha li qed joffri għajnuna lill-applikanti bl-applikazzjoni, b’mod partikolari lil dawk li mhumiex qed japplikaw ma’ pubblikatur. Filwaqt li huwa rakkomandat li l-applikanti jidentifikaw pubblikaturi li esprimew interess fil-proġett, ir-regolamenti jippermettu lill-awturi jippreżentaw l-applikazzjoni f’isimhom biss. Għal dawk li jew jagħżlu jew m’għandhomx għażla ħlief li jagħmlu dan, huwa rrakkomandat li dawn jikkuntattjaw lill-ħaddiema tal-NBC (ara d-dettalji hawn taħt) sabiex jiżguraw li l-applikazzjoni tiddaħħal bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha kif suppost. Żewġ punti komuni ta’ diffikultà għal ħafna awturi li japplikaw f’isimhom huma r-referenzi u l-baġit. Ir-referenzi jistgħu jkunu ta’ żewġ tipi – bibljografiċi jew parti terza. Riferenza biblijografika, fir-rigward tal-awtur jew tal-proġett propost, tirreferi għal materjal ippubblikat – kotba, artikli f’ġurnali jew fuq l-internet. Referenzi biblijografiċi fir-rigward tat-temi, suġġetti jew oqsma ta’ studju relatati mal-proġett għandhom jiġu ppreżentati wkoll mal-applikazzjoni. Fi kliem ieħor, referenzi għal reċensjoni ta’ xogħol preċedenti tal-awtur, artiklu ta’ gazzetta li jirrapporta dwar riċerka relatata mal-proġett propost li jsemmi l-awtur bħala riċerkatur ewlieni, jew referenzi għal kapitoli f’kotba jew ġurnali speċjalizzati li jittrattaw aspetti rilevanti tas-suġġett ewlieni tal-proposta huma kollha eżempji validi ta’ referenzi biblijografiċi. Ir-referenzi ta’ terzi huma riferenzi miktuba minn professjonisti li jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-proposta jew il-proġett. Dawn ir-referenzi huma ġeneralment miktuba għall-iskop espliċitu li jappoġġjaw l-applikazzjoni. Referenzi ta’ partijiet terzi li jsemmgħu u jiffukaw fuq l-awtur, minflok il-proposta, se jitqiesu wkoll mill-bord tal-aġġudikazzjoni. t-tqassim tal-baġit huwa l-iktar aspett tekniku tal-applikazzjoni. Ir-regolamenti jeħtieġu provi tal-kwotazzjonijiet. Jiġifieri, jekk il-proposta hija għall-pubblikazzjoni ta’ ktieb, l-awtur huwa mistenni li jippreżenta kwotazzjonijiet uffiċjali minn stampaturi, distributuri tal-kotba, qarrejja tal-provi, edituri, eċċ b’mod li jkopru kull aspett tal-proċess ta’ pubblikazzjoni. Fil-każ ta’ awturi li qed jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom ma’ pubblikatur, dan jista’ jiġi magħmul faċilment mill-pubblikatur. Dawk l-awturi li għadhom ma identifikawx pubblikatur, jew għax jixtiequ jippubblikaw il-ktieb huma stess jew għax għadhom ma ddeċidewx liema pubblikatur se jafdaw bil-proġett, iridu jikkuntattjaw kumpaniji jew professjonisti għal kwotazzjonijiet għal kull parti tal-proċess ta’ pubblikazzjoni. Dan huwa proċess ikkumplikat, u huwa għalhekk ukoll li huwa rakkomandat li l-awturi jidentifikaw pubblikatur qabel ma jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom. Mandankollu, il-ħaddiema tal-NBC huma disponibbli biex jgħinu lill-applikanti kollha bl-aspetti kollha tal-applikazzjoni, inkluż is-sejba ta’ kuntatti ta’ qarrejja tal-provi professjonali, edituri u stampaturi bl-iskop li jakkwistaw kwotazzjonijiet. Mistoqsijiet dwar l-applikazzjoni u talbiet għal informazzjoni dwar aspetti tal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu lil John Grech fuq john.f.grech@gov.mt. Huwa possibbli wkoll li jintalab appuntament sabiex jiġu diskussi ċerti dettalji fit-tul. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More