Home / News / Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Back to News Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 11th October, 2017 Il-kittieb magħruf Franċiż-Eġizzjan Gilbert Sinoué se jidher f’avveniment iddedikat għax-xogħol letterarju tiegħu nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru f’M.A. Grima Hall, MCC, fit-tmienja nieqes kwart ta’ filgħaxija. L-awtur, li x-xogħlijiet tiegħu huma meqjusa klassiċi moderni fil-ġeneru tar-rumanz storiku, se jkun qed jitkellem mal-Prof. Toni Aquilina dwar l-esperjenzi tiegħu bħala awtur, it-temi politiċi u soċjali li jfasslu x-xogħol letterarju tiegħu, l-importanza tal-istorja, kif ukoll aspetti oħra tal-karriera artistika tiegħu. Mħarreġ bħala kitarrist klassiku, Sinoué beda l-karriera tiegħu bħala kittieb fl-età ta’ 40 sena meta ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu La Pourpre et l’olivier, jew Calixte 1er le pape oublié, li kiseblu l-premju Jean d’Heurs għall-aħjar rumanz storiku. Sentejn wara, ippubblika t-tieni xogħol tiegħu, Avicenne jew La route d’Ispahan, li jirrelata mal-ħajja ta’ Avicenna, it-tabib Persjan, filosofu u xjentist. Kważi x-xogħol kollu li ppubblika minn dak iż-żmien jaqa’ taħt il-ġeneru tar-rumanz storiku, li jagħmel il-preżenza tiegħu fil-Festival rilevanti ħafna peress li t-tema magħżula għall-Festival din is-sena hija l-kunċett tal-verità fil-letteratura. Il-rumanz storiku huwa ġeneru letterarju li jiġbor fih stejjer ambjentati fil-passat. Ir-rakkont għandu ħabta jkun dettaljat ħafna fid-deskrizzjoni tal-modi, il-kundizzjonijiet soċjali u dettalji oħra tal-perjodu. Din it-tensjoni bejn l-awtentiċità storika u l-elementi fittizji ta’ spiss issir punt ta’ dibattitu għall-qarrejja u kritiċi popolari, filwaqt li l-kritika akkademika spiss tmur lil hinn minn dan il-kummentarju u tinvestiga l-ġeneru għall-interessi tematiċi u kritiċi oħra tagħha. Waqt it-taħdita, se jkun hemm qari ta’ siltiet mix-xogħolijiet tal-awtur u l-avveniment se jkun segwit minn sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-udjenza. Aktar tard filgħaxija, fit-8:30, l-awtur ser ikun preżenti fl-istand tal-Ambaxxata Franċiża biex jiffirma kopji tax-xogħol tiegħu u jkellem lill-membri tal-pubbliku. SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More