Home / News / Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 back to news Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 Festivals • Other 11th October, 2017 Il-kittieb magħruf Franċiż-Eġizzjan Gilbert Sinoué se jidher f’avveniment iddedikat għax-xogħol letterarju tiegħu nhar il-Ħamis 9 ta’ Novembru f’M.A. Grima Hall, MCC, fit-tmienja nieqes kwart ta’ filgħaxija. L-awtur, li x-xogħlijiet tiegħu huma meqjusa klassiċi moderni fil-ġeneru tar-rumanz storiku, se jkun qed jitkellem mal-Prof. Toni Aquilina dwar l-esperjenzi tiegħu bħala awtur, it-temi politiċi u soċjali li jfasslu x-xogħol letterarju tiegħu, l-importanza tal-istorja, kif ukoll aspetti oħra tal-karriera artistika tiegħu. Mħarreġ bħala kitarrist klassiku, Sinoué beda l-karriera tiegħu bħala kittieb fl-età ta’ 40 sena meta ppubblika l-ewwel rumanz tiegħu La Pourpre et l’olivier, jew Calixte 1er le pape oublié, li kiseblu l-premju Jean d’Heurs għall-aħjar rumanz storiku. Sentejn wara, ippubblika t-tieni xogħol tiegħu, Avicenne jew La route d’Ispahan, li jirrelata mal-ħajja ta’ Avicenna, it-tabib Persjan, filosofu u xjentist. Kważi x-xogħol kollu li ppubblika minn dak iż-żmien jaqa’ taħt il-ġeneru tar-rumanz storiku, li jagħmel il-preżenza tiegħu fil-Festival rilevanti ħafna peress li t-tema magħżula għall-Festival din is-sena hija l-kunċett tal-verità fil-letteratura. Il-rumanz storiku huwa ġeneru letterarju li jiġbor fih stejjer ambjentati fil-passat. Ir-rakkont għandu ħabta jkun dettaljat ħafna fid-deskrizzjoni tal-modi, il-kundizzjonijiet soċjali u dettalji oħra tal-perjodu. Din it-tensjoni bejn l-awtentiċità storika u l-elementi fittizji ta’ spiss issir punt ta’ dibattitu għall-qarrejja u kritiċi popolari, filwaqt li l-kritika akkademika spiss tmur lil hinn minn dan il-kummentarju u tinvestiga l-ġeneru għall-interessi tematiċi u kritiċi oħra tagħha. Waqt it-taħdita, se jkun hemm qari ta’ siltiet mix-xogħolijiet tal-awtur u l-avveniment se jkun segwit minn sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-udjenza. Aktar tard filgħaxija, fit-8:30, l-awtur ser ikun preżenti fl-istand tal-Ambaxxata Franċiża biex jiffirma kopji tax-xogħol tiegħu u jkellem lill-membri tal-pubbliku. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More