Home / News / Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem Back to News Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 7th April, 2017 Ilbieraħ filgħaxija l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus għalaq it-tielet u l-aħħar jum tal-Festival b’attività f’ġieh il-kittieba Caroline Smailes, il-mistiedna speċjali tal-Festival. Smailes, li matul il-Festival mexxiet għadd ta’ workshops fuq aspetti tal-kitba letterarja u l-arti tar-rakkont, tkellmet ma’ John Bonello dwar ħajjitha u xogħolha, b’mod partikolari dwar l-importanza tal-parentela Maltija. Matul l-attività, il-kittieba qrat siltiet mill-kotba tagħha u wieġbet għal mistoqsijiet mill-udjenza. Attivitajiet oħra li seħħew ilbieraħ jinkludu taħdita ma’ Dr. Michael Spagnol fuq il-varjazzjoni lingwistika fil-Malti, liema attività ġibdet għadd tajjeb ta’ studenti universitarji, kif ukoll laqgħa mal-kittieb Jean Paul Borg. Il-kittieb tkellem ma’ Elena Cardona dwar l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu – kollezzjoni ta’ stejjer qosra bl-isem ‘Mhux Nies’ (Klabb Kotba Maltin). Sessjoni ta’ qari ta’ poeżiji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, imtella’ minn Faraxa, tat lill-udjenza l-opportunità jisimgħu uħud mill-vuċijiet oriġinali fix-xena tal-poeżija kontemporanja: Marlene Saliba, Therese Pace, Dion P.P. Pizzuto u Linda Henry. Tista’ tgħid li hija karatteristika ta’ dan il-Festival li kull filgħaxija jkun hemm sessjoni ddedikata għall-poeżija. Din is-sena l-Festival offra ukoll it-tnedija ta’ kollezzjoni ta’ poeżiji ta’ Prof. Kenneth Wain, ‘Who looks at the sun anymore’ (Horizons). Aspetti differenti tal-ktieb bħas-sengħa tal-legatorija u r-restawr tal-kotba u l-arkivji kienu rappreżentati ukoll fil-Festival. L-Erbgħa u l-Ħamis Glen Calleja mexxa workshops fuq il-ħidma tal-ktieb bl-idejn, waqt li l-Ħamis HoASA (History of Art and Fine Arts Students’ Association) ħejjew taħdita fuq il-preservazzjoni u r-restawr tal-ktieb. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Universita’ jirringrazzja lill-pubblikaturi u lill-organizzazzjonijiet li ħadu sehem fil-Festival kif ukoll lill-kittieba, poeti, kelliema u qarrejja li pparteċipaw fl-attivitajiet. Fuq kollox, jirringrazzja lill-membri tal-pubbliku li żaru l-Festival u l-attivitajiet li tħejjew għalihom. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More