Home / News / Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Back to News Ħatriet ġodda fil-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Other 10th September, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ l-ħatra ta’ Simone Inguanez u William Zammit bħala membri ġodda fi ħdan il-Bord tiegħu. Simone Inguanez hija kittieba, traduttriċi, editriċi, u strateġista impenjata fil-qasam tad-dritt kulturali. Hija ggradwat fid-dritt, kompliet l-istudji tagħha fix-xjenzi soċjali u fillingwa, filwaqt li tkissret sew fil-qasam tal-politika kulturali. Serviet fil-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti sa mit-twaqqif tiegħu, u kienet attiva sew f’diversi għaqdiet. Il-pubblikazzjonijiet tagħha jinkludu poeżiji, traduzzjonijiet, u proġetti ma’ awturi u artisti oħra. William Zammit huwa Professur Sħiħ b’karriera ta’ tagħlim mifruxa fuq 40 sena. Serva bħala Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni tal-Librerija u s-Servizzi tal-Arkivji fl-Università ta’ Malta. Zammit kien ukoll il-President tal-Kunsill tal-Arkivji Nazzjonali, l-entità istituzzjonali u legali responsabbli għall-arkivjar tal-wirt Malti. Membru tal-Kunsill Maniġerjali tal-Mużew tal-Katidral, tal-Kunsill tal-Malta Libraries, u tal-Kunsill tas-Soċjetà Maltija tal-Mapep. Kiteb diversi kotba akkademiċi u studji, u kien responsabbli għal diversi proġetti ta’ riċerka. Inguanez u Zammit se jkunu qed jieħdu post David Aloisio u Sandra Hili Vassallo. Aloisio temm it-terminu tiegħu bħala Deputat Chairperson tal-Bord, filwaqt li Hili Vassallo temmet it-terminu tagħha wara li ġiet ingaġġata bħala Direttur Eżekuttiv tal-KNK. Omar Seguna ġie appuntat bħala Deputat Chairperson ġdid. SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More