Home / News / Henry Frendo: Ir-rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura back to news Henry Frendo: Ir-rebbieħ tal-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura Inizjattivi • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 20th December, 2022 Dis-sena il-Professur Henry Frendo ngħata l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba u l-Letteratura, li huwa l-aktar premju prestiġjuż tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Dal-premju jirrikonoxxi karriera twila ta’ ħidma u kontribut fil-qasam tal-letteratura, u għaldaqstant kien hemm qbil unanimu bejn il-KNK u l-bord li dis-sena jingħata lil Frendo, pilastru fid-dokumentazzjoni storika ta’ Malta u fl-analiżi tal-qagħda ġeopolitika tal-pajjiż tul iż-żminijiet, speċjalment minn żmien l-Ingliżi ’l quddiem. Il-Professur Henry Frendo twieled fl-1948 u trabba l-Furjana. Meta kiber studja f’Malta, Perugia u Oxford, u beda jgħallem l-Università ta’ Malta fil-grad ta’ Professur fl-1992. Serva rwoli ta’ Professur Mistieden fl-universitajiet ta’ Firenze, Salzburg, Cambridge, New Orleans, Indiana, Enna, Urbino, u Melbourne. Ħadem ukoll mal-Kummissarjat Għoli għar-Refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda, l-ewwel bħala uffiċjal għall-Ewropa, l-Afrika u l-Asja (1978-1985), imbagħad bħala mexxej tat-tribunal tal-appelli għar-refuġjati fil-Belt Valletta (2001-2014). Bħala wħud mill-kotba importanti ta’ Frendo, wieħed ta’ min isemmi Party Politics in a Fortress Colony (Midsea Books, 2013), li huwa t-teżi tad-dottorat tiegħu li kien ħa mill-Università ta’ Oxford fl-1976. F’dax-xogħol Frendo tkellem dwar it-twelid tal-partiti politiċi f’Malta taħt il-kolonja Ingliża. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa Diaspora: Maltese overseas settlement (Midsea Books, 2020), u jittratta l-esperjenza migratorja tal-Maltin fl-Afrika ta’ Fuq, ir-Renju Unit, l-Awstralja u l-Amerka. F’Europe and Empire: Culture, Politics, and Identity in Malta and the Mediterranean (Midsea Books, 2011), l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu f’Malta, Frendo jibni fuq l-ewwel ktieb imsemmi hawn, billi jiffoka fuq il-politika kulturali ta’ Malta fl-għoxrinijiet, it-tletinijiet u l-erbgħinijiet tas-seklu l-ieħor bi studju mirfud minn ħemel ta’ sorsi arkivjali Taljani u Brittaniċi. Il-korpus letterarju ta’ Frendo jirrivolvi madwar temi tal-istorja Maltija mill-1798 ’il quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mal-imperjaliżmu, in-nazzjonaliżmu, id-dekolonizzazzjoni, il-postkolonjaliżmu, il-ġurnaliżmu, il-migrazzjoni, u l-etniċità. Oqsma oħra ta’ interess għall-awtur, u li jxebilku mal-bqija tat-temi msemmija huma l-bilingwiżmu, ir-relazzjoni bejn il-lingwa u n-nazzjonalità, il-kultura, u l-istat. Il-Professur Henry Frendo ngħata Ġieħ ir-Repubblika mill-President Emeritu George Abela fl-2010. Huwa jitkellem bil-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, l-Għarbi u l-Franċiż. Xi pubblikazzjonijiet tal-Professur Henry Frendo ssibhom hawn taħt: The European Mind: Narrative and Identity (Vol. I&II) (Malta: Malta University Press, 2010) Colonialismo e nazionalismo nel Mediterraneo. La lotta partitica a Malta durante l’occupazione inglese; tra assimilazione e resistenza (Studi Urbinati di Scienze Giuridiche, Politiche ed Economiche, Anno LXXV-2008, Nuova serie A-N.59.1 monografico, Università di Studi di Urbino Carlo Bo, 2009) Nerik Mizzi: The Formative Years (Andrew P. Vella Memorial Lecture, Aula Magna, Valletta, Malta University History Society, 2009) Storja 1978-2008. 30th Anniversary Edition (Malta University History Society, 2008) Patrijott Liberali Malti: Bijografija ta’ Ġorg Borg Olivier 1911-1980 (Pin, Valletta, 2005) Storja 2003-2004. 25th Anniversary Edition (Malta University History Society, 2004) Żmien l-Ingliżi: Is-Seklu Dsatax (KKM, Valletta, 2004) The Press and the Media in Malta (ENTIRE – The European Network for Trans-Integration Research, Working Papers in International Journalism, Dortmund Univ. Press, 2004) Europe Since 1945 (Advisory Editor; Encyclopaedia General Editor: Bernard Cook, Loyola/New Orleans; Garland, New York & London, 2001, 2 vols.) The Origins of Maltese Statehood: A Case Study of Decolonization in the Mediterranean (Peg, Valletta, 1999, 2nd ed., 2000, pp. 730 – with an Introduction by the Head of State, Professor Guido de Marco) Malta: Culture and Identity (Ed., with Oliver Friggieri; Ministry for the Arts, Valletta, 1994) Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience (Midsea, Valletta, 1979, 2nd ed., 1991) SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More