Home / News / Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Back to News Iktar Donazzjonijiet ta’ Kotba! Other 28th April, 2017 Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet għall-Jum Dinji tal-Ktieb 2017 u l-Jum il-Libreriji 2017, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa sehem f’żewġ attivitajiet din il-ġimgħa – Festa ta’ Litteriżmu għat-tfal tal-iskola St Nicholas College Primary (Dingli), ko-organizzat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli fis-27 ta’ April u donazzjoni ta’ għadd kbir ta’ kotba ta’ valur letterarju u edukattiv għoli ħafna lil Malta Libraries fit-28 ta’ April. Id-deputat kap tal-kunsill Charles Calleja, flimkien mas-segretarju ġenerali, is-Sur Joe Debattista, ippreżentaw id-donazzjoni lid-deputat librar, is-Sinjura Margaret Zammit, li aċċettat id-donazzjoni f’isem Malta Libraries. Id-donazzjoni kienet ta’ għadd tajjeb ta’ kotba, li ħafna minnhom kienu jew rebbieħa jew fost il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb f’dawn l-aħħar snin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħaddan it-twemmin li użu aktar infurmat u aktar ta’ spiss ta’ ħwienet tal-kotba lokali u libreriji pubbliċi minn membri tal-pubbliku jibbenefikaw is-soċjetà f’ħafna modi. Madankollu, sabiex jiżdiedu ż-żjarat fil-libreriji u l-ħwienet tal-kotba huwa importanti li dawn dejjem jinżammu mimlija b’kotba ta’ kwalità għolja u materjal interessanti. B’mod partikolari, il-promozzjoni ta’ xogħlijiet lokali ta’ letteratura u ta’ riċerka għandha sservi ta’ inċentiv qawwi kemm għall-qarrejja kif ukoll għall-awturi għaliex din tiġġenera sens u spirtu ta’ kreattività fost il-komunitajiet lokali. L-NBC jirringrazzja l-organizzazzjonijiet kollha msemmija hawn fuq u Malta Libraries għall-ko-operazzjoni tagħhom f’dawn il-proġetti ta’ valur kulturali għoli ħafna. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More