Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi Back to News Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi Festivals • Other 10th August, 2018 Minn meta l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb saret il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb fl-2013, il-Festival dejjem jiftaħ b’konferenza. Il-konferenza ta’ dis-sena ser ikollha t-tema ta’ ‘Letteratura fid-Dijaspora’ u ser iseħħ fis-7 ta’ Novembru 2018 f’Sir Temi Zammit Hall (MCC), mis-7pm. Il-parteċipanti huma Lou Drofenik, il-kittieba Maltija Awstraljana li ngħatat l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 għar-rumanz ‘The Confectioner’s Daughter’, Vera Duarte, kittieba, poeta u attivista għad-drittijiet tal-bniedem minn Cabo Verde, l-awtur u traduttur Irlandiż Philip O’Ceallaigh u il-kittieb, poeta u akkademiku Nikola Petković mill-Kroazja. Id-diskussjoni, immexxija mill-awtur lokali u l-ġurnalist Teodor Reljic, se tesplora l-wirt letterarju ta’ komunitajiet f’dijaspora f’kulturi differenti. Id-diskussjoni se tolqot ukoll l-impatt tat-traslokazzjoni kif esperjenzat u rifless fix-xogħlijiet tal-awturi li se jipparteċipaw fil-konferenza. Il-membri tal-udjenza se jkollhom l-opportunità li jikkontribwixxu għad-diskussjoni permezz ta’ mistoqsijiet u rimarki. Bħas-soltu, l-awturi kollha li jipparteċipaw fil-konferenza se jidhru f’attivitajiet oħra matul il-Festival bħala mistednin speċjali. Fost dawn se jkun hemm attività ddedikata għall-ħajja u l-karriera artistika ta’ Lou Drofenik b’intervista mal-ġurnalista Ramona Depares, sessjoni ta’ mistoqsijiet mill-udjenza u ffirmar tal-kotba fl-istand tal-pubblikaturi Horizons. Mistieden speċjali ieħor tal-Festival, l-awtur u l-kritiku Britanniku Michael Amherst, se jidher f’attività mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ MGRM, il-moviment Malti għad-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ. Michael Amherst se jkun qed jitkellem dwar il-verità, il-bisesswalità u d-deżiderju, temi li jesplora fil-ktieb tiegħu “Go the Way your Blood Beats”. Amherst jaħdem ma’ Just Detention International u Howard League’s Independent Commission on Sex in Prisons fil-ħidma tiegħu bħala attivist kontra l-abbuż sesswali fil-ħabsijiet. It-tema tat-traduzzjoni letterarja se tidher b’mod prominenti fl-edizzjoni ta’ dis-sena b’seminar fuq it-traduzzjoni ma’ Profs. Clare Vassallo u Tim Parks, l-awtur rinomat ta’ Teach us to Sit Still u The Server, nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Novembru fis-6:30 pm. F’attività separata, Tim Parks se jitkellem ma’ Ivan Callus dwar ix-xogħol tiegħu fil-letteratura fittizja u dik mhux fittizja. Il-proġett rebbieħ tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 kien “Camilla”, proġett għal film qasir imsejjes fuq novella tal-istess titlu ta’ Clare Azzopardi, ippreżentat mill-kumpanija Shadeena. Il-film, li bħalissa jinsab fil-fażi ta’ produzzjoni, ser jintwera għall-ewwel darba matul il-Festival bħala parti minn attività li se tinkludi wkoll diskussjoni dwar l-adattament tal-films mad-direttur Stephanie Sant u Clare Azzopardi. Dan l-avveniment se jsir nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru, mit-8: 30pm. Il-programm kulturali tal-Festival bl-attivitajiet kollha se joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin. Sadattant, il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jsegwu s-sit tal-Kunsill jew il-paġna FB għal aktar aġġornamenti u dettalji fuq il-programm. SHARE POST Related Articles Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More