Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 back to news Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Festivals • Other 17th July, 2018 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018, l-edizzjoni l-ġdida tal-aktar ċelebrazzjoni tal-ktieb prominenti u prestiġjuża tas-sena, li ser iseħħ fid-Dar il-Mediterran (MCC), il-Belt Valletta, mill-Erbgħa 7 ta’ Novembru sal-Ħadd 11 ta’ Novembru. Il-poster għall-Festival huwa x-xogħol tal-artista viżiva u illustratriċi magħrufa Lisa Falzon, li wkoll ipproduċiet l-artwork għall-Festival tas-sena li għaddiet. Il-programm sħiħ se jiġi ppubblikat fit-tieni ġimgħa ta’ Settembru u aktar tard se jiġi mqassam f’forma stampata fid-djar kollha f’Malta u Għawdex. Bħas-soltu, il-Festival se jiftaħ b’konferenza, li din is-sena se tkun imsejsa fuq it-tema tal-Letteratura u d-Dijaspora u se tkun immexxija minn numru ta’ awturi barranin u lokali, fosthom Lou Drofenik, il-kittieba Malti-Awstraljanja li s-sena li għaddiet rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 bir-rumanz The Confectioner’s Daughter. L-awturi barranin li se jieħdu sehem fil-konferenza huma Philip O’Ceallaigh, Vera Duarte u Nikola Petkovic. Fil-ġranet ta’ matul il-ġimgħa filgħodu il-Festival ser jilqa’ żjajjar tal-iskejjel u programm speċjali ta’ attivitajiet kulturali u divertenti ġie mħejji għal dawn iż-żjajjar, inklużi drammi, attivitajiet ta’ qari u laqgħat ma’ kittieba. The Malta School of Music, The Malta Arts School and the Malta Drama and Dance school se jikkontribwixxu wkoll għall-attivitajiet ta’ filgħodu b’prestazzjonijiet imsejsa fuq temi letterarji u b’installazzjoni artistika. Fost l-innovazzjonijiet tal-edizzjoni ta’ dis-sena, se jkun hemm ukoll prestazzjoni mid-duo Danusan u l-biljetti għal dan l-avveniment jistgħu jinfdew bħala vouchers għall-kotba li ser ikunu għall-bejgħ fis-swali tal-MCC matul il-Festival. Il-biljetti se jkunu disponibbli għall-bejgħ fuq is-sit tal-MCC fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru. Innovazzjoni importanti oħra għas-sena 2018 hija l-estensjoni tal-ispazju għall-esebituri: l-edizzjoni ta’ dis-sena se tinkludi sala oħra għall-esibituri u estensjoni tal-activity areas għall-bosta preżentazzjonijiet ta’ kotba, diskussjoni, tnedijiet u attivitajiet kulturali li se jsiru. Aktar tard ser insemmu ukoll l-isem ta’ awtur internazzjonali magħruf li ser ikun il-mistieden speċjali ta’ dis-sena. Il-membri tal-pubbliku huma mħeġġa jsegwu l-paġna tal-FB tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal aktar aġġornamenti dwar il-Festival fuq https://www.facebook.com/NationalBookCouncil/. [add_posts category=festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More