Home / News / Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada! back to news Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada! Festivals • Other 5th November, 2019 Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 fl-aħħar wasal ukoll, u ser jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku għada, nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru, fejn flimkien mal-parteċipazzjoni rekord ta’ 49 esibitur, il-Programm tal-Festival ser joffri għażla wiesgħa ta’ avvenimenti kemm għaż-żgħar u kemm għall-kbar. Għat-tieni sena konsekuttiva, il-Festival ser isir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet (MFCC), f’Ta’ Qali. Fost il-Programm ta’ Avvenimenti tal-Festival hemm il-parteċipazzjoni ta’ tliet mistiedna internazzjonali: l-awtur tal-bestseller The Boy in Striped Pyjamas – John Boyne – li ser ikun qed jidher fil-produzzjoni teatrali għat-tfal imtellgħa minn ŻiguŻajg, u ser jiġi intervistat ukoll fuq il-pubblikazzjoni reċenti tiegħu All the Broken Places, minn Leanne Ellul. Mistieden ieħor tal-Festival huwa l-kartunist Malti-Amerikan Joe Sacco – figura rinomata globalment – li ser ikun qed jiffirma l-kotba tiegħu wara intervista interessanti ferm mal-ġurnalista ewlieni fuq l-ambjent, il-kwistjonijiet tal-ippjanar u l-użu tal-art mal-Malta Today, James Debono. It-tielet mistieden speċjali ta’ din l-edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb huwa l-illustratur Gattaldo, li ser jagħti workshop esklussiv fuq l-illustrazzjoni lil tfal ta’ bejn seba’ u tnax-il sena. Flimkien mal-attivitajiet marbuta mal-mistiedna internazzjonali, il-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb hu mżewwaq b’avvenimenti varji, fosthom: Speed Date Letterarja, opportunità unika biex wieħed jiltaqà ma’ professjonisti differenti fid-dinja tal-pubblikazzjoni; From Illustration to Book, esibizzjoni li tesplora l-evoluzzjoni tal-illustrazzjoni f’Malta, kif ukoll it-tnedija tal-Konkors ta’ Letteratura Għaż-Żgħażagħ – kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. Ma setax jonqos omaġġ lill-pilastru tal-letteratura Maltija – Mario Azzopardi, li ħalliena iktar kmieni din is-sena, f’diskussjoni bejn akkademiċi, kittieba u ħbieb tal-istess Azzopardi. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 ser ikun qed jilqa’ numru kbir ta’ studenti, li ser ikollhom l-opportunità li jaraw produzzjonijiet teatrali adattati mill-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2022 għal tfal ta’ bejn 0-8 snin u oħrajn ta’ bejn 8-12-il sena, fost oħrajn. Dawn il-produzzjonijiet teatrali qed jittellgħu b’kollaborazzjoni ma’ ŻiguŻajg. Fl-ispirtu tal-inklużjoni, u grazzi għall-kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Inspire, fir-Rainbow Hall, se titwaqqaf Sensory-Friendly Room, li se toffri spazju ideali għal tfal fuq l-ispettru tal-awtiżmu sabiex isegwu attivitajiet ta’ rakkuntar ta’ stejjer f’ambjent sigur u inklussiv. L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma se tkun preżenti wkoll waqt il-Festival, bi programm ta’ avvenimenti għat-tfal, li jinkludi sessjonijiet ta’ qari u esperimenti xjentifiċi marbutin mas-sigurtà, is-sostennibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija u l-ilma. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 ser iseħħ bejn nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru u l-Ħadd 27 ta’ Novembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Festival huma kif ġejjin: l-Erbgħa u l-Ħamis mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sad-9pm; nhar il-Ġimgħa mid-9am sas-1pm u mill-5:30pm sal-10pm; nhar is-Sibt mid-9:30am sal-10pm, u nhar il-Ħadd mid-9:30am sat-8pm. Il-programm sħiħ tal-avveniment għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jinsab online hawnhekk. Għall-aħħar aġġornamenti, jekk jogħġbok segwi s-sit tal-KNK, il-paġna ta’ Facebook tal-KNK, kif ukoll il-paġna tal-avvenimenti The Malta Book Festival 2022. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More