Home / News / Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni online back to news Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2021 – edizzjoni online Festivals • Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus • Other 24th February, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir id-dati tal-ewwel verżjoni online tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li dis-sena se jsir bejn l-Erbgħa 24 u l-Ġimgħa 26 ta’ Marzu 2021. Wara l-esperjenza pożittiva tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb li sar għall-ewwel darba kollu online f’Novembru li għadda, it-tim organizzattiv tal-KNK jinsab imħejji sabiex jippreżenta lill-istudenti Universitarji u lill-pubbliku Festival straordinarju ieħor. Il-programm tal-attivitajiet, li se jsir kollu online, se jixxandar mill-paġna tal-Facebook tal-KNK u s-sit u se jinġibed fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti. Hija x-xewqa tal-KNK li jsir mill-aħjar li nistgħu bil-limitazzjonijiet preżenti u jittieħed vantaġġ bit-tranżizzjoni għall-online biex jintlaħqu sezzjonijiet oħra mill-pubbliku li ma kinux jintlaħqu kieku sar bħas-soltu fil-Kwadranglu tal-Università. Barra minn hekk, bħalissa qed jitħejja programm ta’ attivitajiet immirat apposta għall-udjenzi ewlenin tal-Festival, jiġifieri l-istudenti u l-pubbliku ġenerali. Il-programm qed isir b’ħidma bejn il-KNK, l-eżebituri, dipartimenti universitarji u l-għaqdiet studenteski, u jitħabbar fil-jiem li ġejjin. L-attivitajiet ivarjaw minn tnedijiet ta’ kotba u diskussjonijiet tematiċi sa intervisti ma’ awturi ġodda jew stabbiliti, u anki Palħ Ħieles organizzat minn Inizjamed li se jsir live online b’reġistrazzjoni. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lill-Università ta’ Malta li qed tagħti s-sapport kollu tagħha għall-promozzjoni tal-avveniment. Il-mistieden speċjali huwa l-poeta, kittieb ta’ tifkiriet awtobijografiċi u proża Mark Doty. Doty kien l-ewwel Amerikan li rebaħ il-Premju T.S. Eliot fir-Renju Unit fl-1995, u fl-2008 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-Istati Uniti bil-ktieb Fire to Fire: new and selected poems (HarperCollins, 2008). Huwa l-awtur ta’ diversi ġabriet ta’ poeżija, fosthom Bethlehem in Broad Daylight (D.R. Godine, 1991), A Swarm, A Flock, A Host: A Compendium of Creatures (Prestel, 2013), u Deep Lane (W.W. Norton, 2015) u anki ġabriet ta’ memoirs bħal Firebird (HarperCollins, 1999), Still Life with Oysters and Lemon: On Objects and Intimacy (Beacon Press, 2000) u Dog Years (HarperCollins, 2007). Doty kemm-il darba tqabbel ma’ poeti bħal James Merrill, Walt Whitman u C.P. Cavafy minħabba l-eleganza u l-intelliġenza fil-versi tiegħu. L-aktar ktieb riċenti tiegħu huwa What Is the Grass – Walt Whitman in My Life (W.W. Norton, 2020). Bħalissa Doty huwa Professur Distint u Direttur ta’ Writers House fl-Università ta’ Rutgers. Se jkunu qed jipparteċipaw seba’ pubblikaturi: BDL, Horizons, Merlin Publishers, Klabb Kotba Maltin/Midsea Books, Faraxa Publishing, Kite Group u SKS, u wħud minnhom se jkollhom skontijiet speċjali fuq kotba mibjugħa tul it-tlitt ijiem tal-Festival. Fil-jiem li ġejjin se tittellgħa paġna fuq is-sit tal-KNK bil-lista kollha ta’ kotba bi skont speċjali. Bħala mkien fejn jiġu skambjati l-ideat bejn l-istudenti, l-akkademiċi, il-kittieba u l-pubblikaturi, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ dipartimenti u għaqdiet studenteski differenti. Fost l-oħrajn se jkunu qed jipparteċipaw l-Għaqda tal-Malti – Università, DESA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tad-Dipartiment tal-Ingliż), HoASA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Istorja tal-Arti u l-Arti), SPS (is-Soċjetà tal-Istudenti tal-Filosofija), u ELSA (l-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Liġi Ewropea), kif ukoll id-Dipartiment tal-Filosofija. Il-KNK jixtieq jirringrazzja lill-Università ta’ Malta li qed tagħti s-sapport kollu tagħha għall-promozzjoni tal-avveniment. Il-programm sħiħ tal-attivitajiet joħroġ fil-jiem li ġejjin. L-attivitajiet kollha se jkunu qed jixxandru online fuq is-sit tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-paġna tal-Facebook tiegħu u YouTube. Għal aktar dettalji segwu s-sit tal-KNK u l-paġna tal-Facebook, inkella ibagħtu imejl lil Matthew Borg fuq matthew.borg@ktieb.org.mt jew lil Andrew Ricca fuq andrew.ricca@ktieb.org.mt [add_posts category=campus-festival-mt show=100] SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More