Home / News / Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK – Sejħa għall-Applikazzjonijiet Back to News Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK – Sejħa għall-Applikazzjonijiet Fondi • Fondi awdjoviżivi • Other • Produzzjonijiet awdjoviżivi 30th July, 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iniedi l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għall-Fond għall-Adattament Ċinematografiku, maħsub biex jippromwovi aktar ix-xogħlijiet letterarji Maltin billi jappoġġja l-produzzjoni ta’ adattament ta’ film ibbażat fuq rumanz rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond se jkun qed jindirizza l-istadji kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett ibbażat fuq ktieb rebbieħ wieħed, b’allokazzjoni finanzjarja massima ta’ €200,000 mogħtija skont id-deċiżjoni ta’ bord indipendenti ta’ evalwazzjoni. Ix-xogħol letterarju li se jkun qed jiġi adattat irid ikun rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-Kategorija tar-Rumanzi bil-Malti jew bl-Ingliż minn kemm ilu li beda l-Premju (jiġifieri mill-edizzjoni tal-1971). Il-verżjoni finali tal-adattament f’film m’għandiex tkun inqas minn 80 minuta. Kumpaniji tal-produzzjoni awdjoviżivi interessati li japplikaw għandhom ikollhom id-drittijiet li jadattaw ir-rumanz kif ukoll li jipproduċu u jqassmu l-film, permezz ta’ ftehim dwar l-għażla qabel ma jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll pjan iddettaljat tal-proġett, analiżi finanzjarja, u ittri ta’ intenzjoni mid-Direttur(i) u l-Produttur(i). Ir-Regolamenti u l-Kriterji tal-Valutazzjoni kollha nġabru f’dokument ta’ Linji Gwida li fih l-informazzjoni kollha li jeħtieġu l-applikanti. L-applikanti interessati għandhom jagħmlu ċert li jaqraw il-Linji Gwida b’attenzjoni u fl-intier tagħhom, inklużi l-Annessi kollha. Il-benefiċjarju tal-għotja għall-produzzjoni, imqassma tul tliet snin finanzjarji, se jkun meħtieġ li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK sa mhux aktar tard minn Diċembru 2019, u jkun mistenni li jwassal verżjoni finali tal-film lill-Kunsill sal-2021. Il-KNK se jkollu d-dritt li juri l-film għal finijiet mhux kummerċjali f’avvenimenti speċjali f’Malta u lilhinn minnha biex jippromwovi l-letteratura ta’ Malta u l-programm ta’ finanzjament. Matul il-perjodu kollu tal-produzzjoni, it-tim irid jibqa’ f’kuntatt mal-amministraturi tal-Kunsill biex jiġi żgurat li l-proġett ikun qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-Kriterji ta’ Valutazzjoni u r-Regolamenti. Applika billi tibgħat erba’ kopji stampati tal-applikazzjoni u d-dokumenti l-oħra lil Michael Mercieca sad-29 ta’ Settembru 2019, bil-posta jew personalment, f’dan l-indirizz: il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Joseph Mangion, il-Furjana, FRN 1800. Jiġu aċċettati biss applikazzjonijiet mimlija fis-sħiħ. Il-Linji Gwida tal-Applikanti u l-Formola tal-Applikazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn. Għal aktar informazzjoni jew kjarifiki ikkuntattja lil Andrew Ricca fuq andrew.ricca@ktieb.org.mt [add_posts category=film-mt show=100] SHARE POST Related Articles Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More