Home / News / Il-ħidma internazzjonali tal-KNK: kittieba Maltin fl-Eġittu Back to News Il-ħidma internazzjonali tal-KNK: kittieba Maltin fl-Eġittu Inizjattivi • Other 27th February, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Frar kien xahar impenjattiv għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, hekk kif żar il-Kajr darbtejn għall-Fiera tal-Ktieb u għal-Festival tal-Letteratura għal avvenimenti ewlenin relatati mal-ktieb u l-letteratura, flimkien ma’ 4 kittieba Maltin li rebħu xi premju jew ieħor tal-KNK fil-passat. Leanne Ellul, Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud u Alex Vella Gera kollha kellhom kotba ppubblikati fl-ilsien Għarbi, u flimkien ma’ rappreżentant tal-KNK attendew il-Fiera tal-Ktieb fil-Kajr u l-Festival tal-Letteratura fil-Kajr f’okkażjonijiet separati. Leanne Ellul attendiet il-Fiera tal-Ktieb fil-Kajr, waħda mill-akbar fieri tal-kotba fir-reġjun Għarbi, fejn nediet il-ktieb tagħha Gramma, ippubblikat bil-Għarbi minn Manshurat al-Rabie. Leanne tat xi intervisti lil stazzjonijiet tat-TV Eġizzjan dwar il-ktieb u l-Letteratura Maltija, u ffirmat il-kotba lil dawk preżenti. Aktar tard fl-istess xahar, il-KNK żar il-Festival tal-Letteratura fil-Kajr ma’ Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud u Alex Vella Gera. Dawn it-tliet kittieba ipparteċipaw waqt il-festival f’attivitajiet ippreparati apposta għalihom f’żewġ iljieli partikulari. Fl-ewwel lejla, il-kittieba tkellmu b’mod separat dwar ix-xogħlijiet tagħhom ippubblikati bil-Għarbi, kif ukoll iffirmaw xi kotba. Kulħadd Ħalla Isem Warajh ta’ Clare Azzopardi ġie ppubblikat bil-Għarbi minn Sefsafa Culture and Publishing; Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) ta’ Immanuel Mifsud ġie ppubblikat minn Masr el-Arabia, wara li dan diġà ppubblika bil-Għarbi Jutta Heim; Alex Vella Gera tkellem dwar Trojan, ippubblikat bil-Għarbi minn Dar Mahrousa. Fit-tieni lejla, il-kittieba Maltin flimkien tkellmu dwar il-Letteratura Maltija, u ġew intervistati mill-poeta u l-għalliem Abdelrehim Youssef dwar il-konnessjoni lingwistika u letterarja mad-dinja Għarbija. Barra minn hekk, dawn il-mawriet servew biex kemm il-KNK kif ukoll il-kittieba jwessgħu l-kuntatti professjonali tagħhom, jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat ma’ persuni oħra fil-qasam letterarju u tal-pubblikazzjoni. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jagħmel ħiltu biex jippromwovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna billi jaġixxi bħala aġent letterarju u pont bejn il-kittieb u l-pubblikaturi barranin, biex b’hekk joħloq opportunitajiet ta’ esportazzjoni letterarja. Uħud mir-ritratti: Abdallah Ice. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery type=”image_grid” images=”8204,8202,8201,8200,8199,8197,8196,8195,8193,8192,8191,8190″ img_size=””][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More view all similar news
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More