Home / News / Il-ħidma internazzjonali tal-KNK: kittieba Maltin fl-Eġittu back to news Il-ħidma internazzjonali tal-KNK: kittieba Maltin fl-Eġittu Inizjattivi • Other 27th February, 2019 Frar kien xahar impenjattiv għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, hekk kif żar il-Kajr darbtejn għall-Fiera tal-Ktieb u għal-Festival tal-Letteratura għal avvenimenti ewlenin relatati mal-ktieb u l-letteratura, flimkien ma’ 4 kittieba Maltin li rebħu xi premju jew ieħor tal-KNK fil-passat. Leanne Ellul, Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud u Alex Vella Gera kollha kellhom kotba ppubblikati fl-ilsien Għarbi, u flimkien ma’ rappreżentant tal-KNK attendew il-Fiera tal-Ktieb fil-Kajr u l-Festival tal-Letteratura fil-Kajr f’okkażjonijiet separati. Leanne Ellul attendiet il-Fiera tal-Ktieb fil-Kajr, waħda mill-akbar fieri tal-kotba fir-reġjun Għarbi, fejn nediet il-ktieb tagħha Gramma, ippubblikat bil-Għarbi minn Manshurat al-Rabie. Leanne tat xi intervisti lil stazzjonijiet tat-TV Eġizzjan dwar il-ktieb u l-Letteratura Maltija, u ffirmat il-kotba lil dawk preżenti. Aktar tard fl-istess xahar, il-KNK żar il-Festival tal-Letteratura fil-Kajr ma’ Clare Azzopardi, Immanuel Mifsud u Alex Vella Gera. Dawn it-tliet kittieba ipparteċipaw waqt il-festival f’attivitajiet ippreparati apposta għalihom f’żewġ iljieli partikulari. Fl-ewwel lejla, il-kittieba tkellmu b’mod separat dwar ix-xogħlijiet tagħhom ippubblikati bil-Għarbi, kif ukoll iffirmaw xi kotba. Kulħadd Ħalla Isem Warajh ta’ Clare Azzopardi ġie ppubblikat bil-Għarbi minn Sefsafa Culture and Publishing; Fl-Isem tal-Missier (u tal-Iben) ta’ Immanuel Mifsud ġie ppubblikat minn Masr el-Arabia, wara li dan diġà ppubblika bil-Għarbi Jutta Heim; Alex Vella Gera tkellem dwar Trojan, ippubblikat bil-Għarbi minn Dar Mahrousa. Fit-tieni lejla, il-kittieba Maltin flimkien tkellmu dwar il-Letteratura Maltija, u ġew intervistati mill-poeta u l-għalliem Abdelrehim Youssef dwar il-konnessjoni lingwistika u letterarja mad-dinja Għarbija. Barra minn hekk, dawn il-mawriet servew biex kemm il-KNK kif ukoll il-kittieba jwessgħu l-kuntatti professjonali tagħhom, jiltaqgħu u jaqsmu l-ideat ma’ persuni oħra fil-qasam letterarju u tal-pubblikazzjoni. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jagħmel ħiltu biex jippromwovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna billi jaġixxi bħala aġent letterarju u pont bejn il-kittieb u l-pubblikaturi barranin, biex b’hekk joħloq opportunitajiet ta’ esportazzjoni letterarja. Uħud mir-ritratti: Abdallah Ice. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More