Home / News / Il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet 2020 Back to News Il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet 2020 Inizjattivi • Other 24th April, 2020 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji 2020, il-Kunsill Nazzjonali tal-Kteb ingħaqad ma’ Lovin Malta għall-promozzjoni tal-qari ta’ kotba Maltin. Jon Mallia u Rachelle Deguara huma l-protagonisti ta’ filmat daqsxejn fuq tiegħu dwar il-benefiċċju tal-qari u l-kotba favoriti tagħhom. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji 2020, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġabar ammont rekord ta’ kotba li se jingħataw donazzjoni lil Malta Libraries, li jinkludu xogħlijiet oriġinali u tradotti għat-tfal u ż-żgħażagħ; kotba ta’ poeżija għat-tfal; u kotba akkademiċi, ta’ natura storjografika, bijografika u riċerka ġenerali. Dal-kotba huma għażla tal-aħjar kotba ppubblikati minn djar tal-pubblikazzjoni Maltin fosthom rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Fil-ġimgħat li ġejjin isibu ruħhom fuq l-ixkafef tal-libreriji ta’ Malta u Għawdex, ladarba dawn jerġgħu jiftħu għall-pubbliku. L-irwol tal-KNK huwa essenzjali għall-industrija tal-kotba, u l-għan hu dejjem li tiġi inkuraġġita kultura ta’ qari fost il-poplu, speċjalment iż-żgħar. It-twemmin hu li aktar ma jkun hemm użu tal-libreriji u l-ħwienet tal-kotba lokali akbar ikun il-ġid għas-soċjetà. Hemm aktar donazzjonijiet ippjanati dis-sena lil Malta Libraries, skejjel u organizzazzjonijiet varji. Nawgurawlkom Jum Dinji tal-Ktieb mimli qari! Ħudu ħsieb saħħitkom, #oqgħodġewwa u #aqraktieb. SHARE POST Related Articles Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More