Home / News / Il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet 2020 Back to News Il-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet 2020 Inizjattivi • Other 24th April, 2020 Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji 2020, il-Kunsill Nazzjonali tal-Kteb ingħaqad ma’ Lovin Malta għall-promozzjoni tal-qari ta’ kotba Maltin. Jon Mallia u Rachelle Deguara huma l-protagonisti ta’ filmat daqsxejn fuq tiegħu dwar il-benefiċċju tal-qari u l-kotba favoriti tagħhom. Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Ktieb u d-Drittijiet u Jum il-Libreriji 2020, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ġabar ammont rekord ta’ kotba li se jingħataw donazzjoni lil Malta Libraries, li jinkludu xogħlijiet oriġinali u tradotti għat-tfal u ż-żgħażagħ; kotba ta’ poeżija għat-tfal; u kotba akkademiċi, ta’ natura storjografika, bijografika u riċerka ġenerali. Dal-kotba huma għażla tal-aħjar kotba ppubblikati minn djar tal-pubblikazzjoni Maltin fosthom rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019. Fil-ġimgħat li ġejjin isibu ruħhom fuq l-ixkafef tal-libreriji ta’ Malta u Għawdex, ladarba dawn jerġgħu jiftħu għall-pubbliku. L-irwol tal-KNK huwa essenzjali għall-industrija tal-kotba, u l-għan hu dejjem li tiġi inkuraġġita kultura ta’ qari fost il-poplu, speċjalment iż-żgħar. It-twemmin hu li aktar ma jkun hemm użu tal-libreriji u l-ħwienet tal-kotba lokali akbar ikun il-ġid għas-soċjetà. Hemm aktar donazzjonijiet ippjanati dis-sena lil Malta Libraries, skejjel u organizzazzjonijiet varji. Nawgurawlkom Jum Dinji tal-Ktieb mimli qari! Ħudu ħsieb saħħitkom, #oqgħodġewwa u #aqraktieb. SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More