Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal xelters kontra l-vjolenza domestika Inizjattivi • Other 10th December, 2021 Ilbieraħ il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta għadd ġmielu ta’ kotba lill-Kummissjoni għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika li se jitqassmu f’ħames xelters li jilqgħu persuni li jkunu vittmi ta’ vjolenza domestika. Il-preżentazzjoni kienet parti minn kampanja ta’ 16-il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza domestika bit-tema ‘Il-vuċi tiegħek tista’ teħilsek’, u qed issir b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali u l-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Il-kotba, ippreżentati mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK Mark Camilleri, jinkludu bosta titli li rebħu l-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti kif ukoll oħrajn li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti, fosthom rumanzi, novelli, poeżiji u xi kotba tar-riċerka. Din id-donazzjoni se tkun qed timla l-ixkafef tal-libreriji ta’ Dar Merħba Bik, Għabex, Il-Milja (Fondazzjoni Sebħ), Dar Emmaus u SOAR Malta. Fid-diskors tiegħu Camilleri rrimarka kemm hu importanti li fi żminijet ta’ tbatija mqar ikun hemm persuna waħda li ma titlaqx lil min ikun qed ibati, madankollu sostna li ktieb ukoll jaf ikun ta’ sostenn u wens sabiex it-tama ma tintilifx. Fakkar f’dawk il-persuni u tfal li qalb il-vjolenza jsibu l-mistrieħ u l-ħarba tagħhom fil-kotba, fit-tagħlim u fl-istejjer. Il-kotba ntlaqgħu minn Graziella Castillo, Direttur ta’ Aġenzija Appoġġ, Yvonne Fiorini Lowell li hi s-Service Area Leader tal-aġenzija, u Yvonne Mallia li hi d-Direttur ta’ Il-Milja. Fil-preżenza tagħhom kien hemm il-Kummssarju għall-Vjolenza abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika, Audrey Friggieri, il-Ministru għall-Familja, id-Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, u l-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici. Ritratti ta’ Nicholas Saliba. SHARE POST Related Articles Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More view all similar news
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More