Home / News / Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Back to News Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba liċ-Ċentru Leap il-Belt Inizjattivi • Jeddijiet Tas-Self Pubbliku • Other • Pubblikazzjonijiet 28th May, 2021 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ippreżenta donazzjoni mdaqqsa ta’ pubblikazzjonijiet lokali lill-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dawn il-kotba se jimlew l-ixkafef tal-librerija l-ġdida taċ-Ċentru Leap fil-Belt Valletta. Din il-librerija se tkun qiegħda hemm għall-użu tan-nies fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana li jirrikorru għas-servizzi tal-FSWS f’dan iċ-ċentru. Fost l-oħrajn, ingħataw rumanzi, novelli, poeżiji, drammi, traduzzjonijiet, bijografiji, kotba ta’ riċerka, u kotba għal tfal ta’ kull età li rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jew xi konkors ieħor tal-KNK fil-passat, kif ukoll kotba varji oħra. Kampjun mid-donazzjoni ġie ppreżentat lil Mariella Ikechi, Ħaddiema tal-Komunità, mingħand Matthew Borg, Maniġer Anzjan tal-KNK. Magħhom kien hemm Denise Farrugia, Maniġer, Maria Mercieca, Leader, u Russell John Debono, Konsulent Soċjali. Matul is-sena l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jagħti bosta donazzjonijiet lil entitajiet differenti tal-Gvern, għaqdiet mhux governattivi (NGOs) u gruppi oħra sabiex jagħmel mezz li kull settur tas-soċjetà jkollu aċċess aħjar għall-kotba u l-qari. Minbarra dawn id-donazzjonijiet waħdiet, il-KNK dejjem iżomm l-appuntament ma’ Malta Libraries aktar minn darba fis-sena, meta jippreżenta ammont sostanzjali ta’ titli ġodda biex il-libreriji pubbliċi ta’ Malta u Għawdex ikunu jistgħu joffru l-aħjar u l-aktar letteratura u riċerka friska lill-poplu. SHARE POST Related Articles Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More view all similar news
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More
Jiftaħ il-Fond Malti tal-Ktieb 2026 b’allokazzjoni akbar u żewġ fergħat oħra għall-E-books u l-Audiobooks Film Funds 17th March, 2026 Read More
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More