Home / News / Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Back to News Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja • London Book Fair • Other 11th February, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jerġa’ jipparteċipa fil-London Book Fair dis-sena, u għal darb’oħra qed joffri opportunità unika lill-awturi, il-pubblikaturi u msieħba oħra fl-industrija tal-kotba biex isibu posthom fis-swieqi internazzjonali tal-kotba. Il-fiera dis-sena se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu fl-Olympia Kensington, u l-għan prinċipali ta’ dan l-avveniment huwa li jlaqqa’ lill-professjonisti tal-industrija tal-kotba mid-dinja kollha. Għahekk, dan huwa l-post eżatt fejn il-KNK għandu jkun sabiex ikabbar il-viżibbiltà tal-letteratura Maltija. Dan jagħmlu billi jibqa’ jipparteċipa sena wara sena, u anki billi jqassam il-katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, Literature from Malta, fil-laqgħat ma’ msieħba internazzjonali. Il-KNK se jkun qed jorganizza seminar waqt il-fiera, li se jesplora ċerti strateġiji li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal letteraturi mhux rappreżentati daqstant fuq il-palk globali. ‘Beyond Island Horizons: Expanding Pathways for Literatures from the Margin’ se jsir fil-11 ta’ Marzu fis-13:45 fiċ-Ċentru għat-Traduzzjoni Letterarja, u se jlaqqa’ lil grupp ta’ kelliema minn sitwazzjonijiet letterarji li joffru sfidi bħal dawk Maltin. Waqt li das-seminar se jkun qed jiġbor dawn l-istrateġiji li jindirizzaw sfidi komuni, il-KNK se jkun qed jesebixxi dak li Malta għandha x’toffri. Dan se jagħmlu f’ħidma ma’ Visit Malta mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu bl-inizjattiva ‘Authentic Malta’, li se tippożizzjona l-letteratura Maltija bħala punt fokali ieħor tal-kultura, l-istorja u l-wirt tal-pajjiż – li se titgawda kemm min-nies tal-lokal u anki l-viżitaturi tal-fiera. Din l-inizjattiva hi l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fl-istand tal-KNK waqt il-London Book Fair, u l-ħsieb hu li l-kollaborazzjoni ma’ Visit Malta titwal f’fieri u attivitajiet oħra sabiex il-letteratura Maltija tilħaq aktar u aktar nies. Parti wkoll mill-inizjattiva Authentic Malta se jkunu l-Gutenberg Press, li se jikkontribwixxu biex jgħollu r-reputazzjoni ta’ Malta f’dak li għandhom x’jaqsmu l-kwalità, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà, biex anki s-sengħa Maltija tal-produzzjoni tal-kotba tkun fuq il-palk globali. L-illustraturi lokali wkoll se jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw fil-London Book Fair grazzi għal kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti. L-erba’ parteċipanti li jintgħażlu se jingħataw sussidju għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, kif ukoll biljett tad-dħul għall-fiera. Din l-inizjattiva se tgħin lill-artisti biex japprofittaw minn pjattaforma internazzjonali. L-għeluq tas-sottomissjonijiet huwa t-12 ta’ Frar 2025 f’nofsinhar, u l-applikazzjonijiet jimtlew minn hawn. Barra minn hekk, il-KNK qed jistieden ukoll lill-komunità tal-pubblikazzjoni sabiex jipparteċipaw fil-laqgħa online biz-Zoom ‘The Rights Stuff’ mal-aġent letterarju internazzjoali Simon Trewin. Din se ssir it-Tnejn 17 ta’ Frar fl-4pm, u se titwassal tali mod li tgħin lill-parteċipanti jifhmu x’jiġri normalment fid-dinja tad-drittijiet internazzjonali tal-awtur u kif jinbiegħu l-kotba u d-drittijiet Malta u lil hinn minnha. Is-sessjoni se tkun waħda interattiva u f’atmosfera rilassanti, u b’biżżejjed ħin għall-mistoqsijiet. Sabiex il-frott tal-laqgħa jibqa’ mal-parteċipanti, se jintuża l-AI sabiex jiġi ġġenerat sommarju tal-attività li jintbagħat lil kulħadd. Is-sommarju se jkun fih it-teħid ewlieni mil-laqgħa u l-istrateġiji prattiċi biex dak li jkun isib triqtu fis-suq globali tal-pubblikazzjoni. Simon Trewin huwa veteran tal-industrija tal-pubblikazzjoni fir-Renju Unit, u rawwem awturi li nqalbu f’60 ilsien, fosthom John Boyne u Paul Lynch, ir-rebbieħ tal-Premju Booker. Minħabba l-kollaborazzjonijiet varji li Trewin kellu mal-KNK tul is-snin, jista’ jitqies bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Biex tipparteċipa f’dil-laqgħa nkiteb hawnhekk. Dawk l-awturi u l-pubblikaturi li bbukkjaw biljett għal-London Book Fair se jkunu jistgħu jattendu l-attivitajiet organizzati mill-KNK u anki dawra mal-fiera mmexxija minn Trewin, kif ukoll jistgħu jużaw il-faċilitajiet tal-istand tal-KNK biex jibbukkjaw il-laqgħat. Il-Kunsill Nazzjoali tal-Ktieb ħerqan li jerġa’ jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-London Book Fair, u anki li jilqa’ numru ta’ msieħba differenti mill-industrija tal-kotba Maltija bil-ħiliet differenti tagħhom u biċ-ċans li jiżviluppawhom u jsibu saqajhom fis-suq internazzjonali. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More view all similar news
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Alfred Palma News 20th December, 2025 Read More
Sejħa għal Reċensuri tal-Paġna Letterarja bil-Malti għall-2026 Inizjattivi 19th December, 2025 Read More
SEJĦA GĦAL TRADUTTURI – Inkiteb fid-database tal-KNK għat-tradutturi News 3rd December, 2025 Read More
Il-KNK b’donazzjoni ta’ kotba għal-librerija tal-Komunità ta’ Santa Marija Other 3rd December, 2025 Read More
L-Inizjattiva ta’ Esportazzjoni Letterarja għall-Pubblikaturi u l-Awturi minn Malta (tinkludi l-London Book Fair, 10-12 ta’ Marzu 2026) Literary Exports 1st December, 2025 Read More
Il-KNK isellem il-memorja ta’ Arthur Gruppetta, il-fundatur ta’ Merlin Publishers News 24th November, 2025 Read More
Attendenzi rekord għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb wara tiġdid tal-iskema tal-vawċers li attirat eluf ta’ qarrejja ġodda Festivals 12th November, 2025 Read More
Jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 Other 9th November, 2025 Read More
Jiftaħ uffiċjalment il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 u titnieda l-esebizzjoni From Illustration to Book Festivals 4th November, 2025 Read More
Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Festivals 27th October, 2025 Read More