Home / News / Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 back to news Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja • London Book Fair • Other 11th February, 2025 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jerġa’ jipparteċipa fil-London Book Fair dis-sena, u għal darb’oħra qed joffri opportunità unika lill-awturi, il-pubblikaturi u msieħba oħra fl-industrija tal-kotba biex isibu posthom fis-swieqi internazzjonali tal-kotba. Il-fiera dis-sena se ssir bejn il-11 u t-13 ta’ Marzu fl-Olympia Kensington, u l-għan prinċipali ta’ dan l-avveniment huwa li jlaqqa’ lill-professjonisti tal-industrija tal-kotba mid-dinja kollha. Għahekk, dan huwa l-post eżatt fejn il-KNK għandu jkun sabiex ikabbar il-viżibbiltà tal-letteratura Maltija. Dan jagħmlu billi jibqa’ jipparteċipa sena wara sena, u anki billi jqassam il-katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, Literature from Malta, fil-laqgħat ma’ msieħba internazzjonali. Il-KNK se jkun qed jorganizza seminar waqt il-fiera, li se jesplora ċerti strateġiji li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għal letteraturi mhux rappreżentati daqstant fuq il-palk globali. ‘Beyond Island Horizons: Expanding Pathways for Literatures from the Margin’ se jsir fil-11 ta’ Marzu fis-13:45 fiċ-Ċentru għat-Traduzzjoni Letterarja, u se jlaqqa’ lil grupp ta’ kelliema minn sitwazzjonijiet letterarji li joffru sfidi bħal dawk Maltin. Waqt li das-seminar se jkun qed jiġbor dawn l-istrateġiji li jindirizzaw sfidi komuni, il-KNK se jkun qed jesebixxi dak li Malta għandha x’toffri. Dan se jagħmlu f’ħidma ma’ Visit Malta mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu bl-inizjattiva ‘Authentic Malta’, li se tippożizzjona l-letteratura Maltija bħala punt fokali ieħor tal-kultura, l-istorja u l-wirt tal-pajjiż – li se titgawda kemm min-nies tal-lokal u anki l-viżitaturi tal-fiera. Din l-inizjattiva hi l-ewwel waħda tax-xorti tagħha fl-istand tal-KNK waqt il-London Book Fair, u l-ħsieb hu li l-kollaborazzjoni ma’ Visit Malta titwal f’fieri u attivitajiet oħra sabiex il-letteratura Maltija tilħaq aktar u aktar nies. Parti wkoll mill-inizjattiva Authentic Malta se jkunu l-Gutenberg Press, li se jikkontribwixxu biex jgħollu r-reputazzjoni ta’ Malta f’dak li għandhom x’jaqsmu l-kwalità, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà, biex anki s-sengħa Maltija tal-produzzjoni tal-kotba tkun fuq il-palk globali. L-illustraturi lokali wkoll se jkollhom iċ-ċans jipparteċipaw fil-London Book Fair grazzi għal kollaborazzjoni bejn il-KNK u l-Kunsill Malti għall-Arti. L-erba’ parteċipanti li jintgħażlu se jingħataw sussidju għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni, kif ukoll biljett tad-dħul għall-fiera. Din l-inizjattiva se tgħin lill-artisti biex japprofittaw minn pjattaforma internazzjonali. L-għeluq tas-sottomissjonijiet huwa t-12 ta’ Frar 2025 f’nofsinhar, u l-applikazzjonijiet jimtlew minn hawn. Barra minn hekk, il-KNK qed jistieden ukoll lill-komunità tal-pubblikazzjoni sabiex jipparteċipaw fil-laqgħa online biz-Zoom ‘The Rights Stuff’ mal-aġent letterarju internazzjoali Simon Trewin. Din se ssir it-Tnejn 17 ta’ Frar fl-4pm, u se titwassal tali mod li tgħin lill-parteċipanti jifhmu x’jiġri normalment fid-dinja tad-drittijiet internazzjonali tal-awtur u kif jinbiegħu l-kotba u d-drittijiet Malta u lil hinn minnha. Is-sessjoni se tkun waħda interattiva u f’atmosfera rilassanti, u b’biżżejjed ħin għall-mistoqsijiet. Sabiex il-frott tal-laqgħa jibqa’ mal-parteċipanti, se jintuża l-AI sabiex jiġi ġġenerat sommarju tal-attività li jintbagħat lil kulħadd. Is-sommarju se jkun fih it-teħid ewlieni mil-laqgħa u l-istrateġiji prattiċi biex dak li jkun isib triqtu fis-suq globali tal-pubblikazzjoni. Simon Trewin huwa veteran tal-industrija tal-pubblikazzjoni fir-Renju Unit, u rawwem awturi li nqalbu f’60 ilsien, fosthom John Boyne u Paul Lynch, ir-rebbieħ tal-Premju Booker. Minħabba l-kollaborazzjonijiet varji li Trewin kellu mal-KNK tul is-snin, jista’ jitqies bħala ambaxxatur letterarju għal Malta. Biex tipparteċipa f’dil-laqgħa nkiteb hawnhekk. Dawk l-awturi u l-pubblikaturi li bbukkjaw biljett għal-London Book Fair se jkunu jistgħu jattendu l-attivitajiet organizzati mill-KNK u anki dawra mal-fiera mmexxija minn Trewin, kif ukoll jistgħu jużaw il-faċilitajiet tal-istand tal-KNK biex jibbukkjaw il-laqgħat. Il-Kunsill Nazzjoali tal-Ktieb ħerqan li jerġa’ jipparteċipa fl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-London Book Fair, u anki li jilqa’ numru ta’ msieħba differenti mill-industrija tal-kotba Maltija bil-ħiliet differenti tagħhom u biċ-ċans li jiżviluppawhom u jsibu saqajhom fis-suq internazzjonali. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More