Home / News / Il-KNK isellem lil Charles Briffa – xempju ta’ serjetà fir-riċerka u responsabbiltà lejn il-Malti Back to News Il-KNK isellem lil Charles Briffa – xempju ta’ serjetà fir-riċerka u responsabbiltà lejn il-Malti Other 23rd September, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) jibgħat l-għomor lill-familja u l-qraba tal-Professur Charles Briffa, li ħalliena s-Sibt li għadda. Il-legat li ħalla warajh Prof. Briffa jitkellem waħdu, kemm bħala akkademiku u għalliem tal-letteratura Maltija, il-kritika letterarja, il-lingwistika u t-traduzzjoni, u anki bħala riċerkatur tal-lingwa u l-istudji kulturali Maltin. Żgur li l-mijiet ta’ studenti li għaddew minn taħt idejh jikkonfermaw dan. Briffa serva bħala aġġudikant għal diversi konkorsi tal-KNK tul is-snin, kemm dawk tal-poeżija u anki tal-proża. Rebaħ ukoll il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ħames darbiet: fl-2000 bil-ktieb ta’ riċerka tal-Kullana Kulturali In-Novella Maltija, fl-2009 bil-ktieb ta’ riċerka Il-Letteratura Maltija: L-Istorja tan-Narrattiva, fl-2011 bit-traduzzjoni Beowulf u fl-istess sena bil-ktieb ta’ letteratura mhux fittizja għat-tfal u ż-żgħażagħ bil-ktieb Il-Lingwa, u finalment fl-2013 bil-ktieb ta’ letteratura mhux fittizja Joseph Vella Bondin: Drammaturgu. Is-serjetà fir-riċerka u r-responsabbiltà lejn l-ilsien nazzjonali kienu kwalitajiet li jikkaratterizzaw lil Prof. Briffa, u nemmnu li se jibqa’ fanal għall-ġenerazzjonijiet preżenti u ġejjiena. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2026 Other 19th February, 2026 Read More Irreġistra mil-lum għall-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb Other 17th February, 2026 Read More Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 3rd February, 2026 Read More Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More Ħareġ l-44 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th January, 2026 Read More view all similar news
Kif tapplika għal Residenzi tal-Kitba u Workshops barra minn Malta: Sessjoni Zoom b’xejn minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit Other 12th February, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb isellem il-memorja ta’ Lina Brockdorff Other 11th February, 2026 Read More
Kif tikkonnettja ma’ Djar Żgħar ta’ Pubblikazzjoni : Sessjoni b’xejn fuq Zoom għal Awturi u pubblikaturi Maltin minn Aġent Letterarju mir-Renju Unit News 27th January, 2026 Read More
Festival, Fondi u Żviluppi Strateġiċi għall-2026: Dati Ewlenin Festivals 26th January, 2026 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb b’donazzjoni ta’ kotba lil Malta Libraries Inizjattivi 16th January, 2026 Read More
EJJA SAL-LONDON BOOK FAIR 2026 MAL-KNK: BILJETTI GĦALL-IMSIEĦBA TAL-KNK MINN MALTA Literary Exports 12th January, 2026 Read More