Home / News / Il-KNK jerġa’ jipparteċipa waqt l-ADIBF Back to News Il-KNK jerġa’ jipparteċipa waqt l-ADIBF Inizjattivi • Other 8th May, 2019 Il-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb f’Abu Dhabi issa saret avveniment annwali għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li jieħu l-opportunità biex jippromwovi l-letteratura Maltija fit-traduzzjoni f’waħda mill-akbar fieri tal-kotba fir-reġjun Għarbi. Dil-fiera sservi wkoll biex il-Kunsill isaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-Literature Across Frontiers (LAF), li kull sena jistednuna naqsmu l-istand tagħhom magħhom. L-LAF hija Pjattaforma Ewropea għall-Iskambju Letterarju, it-Traduzzjoni u d-Dibattiti dwar il-Politiki, u t-tiri tagħha huma li jinħoloq djalogu bejn il-kulturi bis-saħħa tal-letteratura kif ukoll tintefa’ l-attenzjoni fuq letteraturi li ma ġewx tradotti daqs oħrajn. Il-KNK għandu għal qalbu dir-relazzjoni u l-interessi komuni bejn iż-żewġ partijiet fil-promozzjoni ta’ letteraturi iżgħar bis-saħħa tat-traduzzjoni. Fuq l-istand waqt il-fiera ġew eżebiti kotba ppubblikati Malta bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll numru konsiderevoli ta’ kotba tradotti li bosta minnhom ġew fis-seħħ bil-għajnuna tal-KNK. Rappreżentant mill-Kunsill saħħaħ ir-relazzjoni eżistenti ma’ msieħba relevanti, bħal pubblikaturi u awturi, u fl-istess ħin iltaqa’ ma’ pubblikaturi ġodda biex jiddiskuti proġetti prospettivi, żar stands tal-eżebituri u attenda diskussjonijiet u tnedijiet ta’ kotba ta’ wħud mill-aqwa kittieba fid-dinja, ngħidu aħna t-tnedija ta’ ktieb ġdid ta’ Ben Okri, rebbieħ tal-Man Booker Prize. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħerqan għal aktar ħidma f’edizzjonijiet sussegwenti tal-ADIBF. SHARE POST Related Articles Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More Fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 se Niktbu mill-Ġdid! News 14th May, 2025 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2025 News 12th May, 2025 Read More Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More view all similar news
Sejħa Miftuħa għal Proposti ta’ Installazzjoni: Ix-Xogħol Artistiku Ċentrali tal-Esebizzjoni From Illustration to Book waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 26th May, 2025 Read More
Drittijietek! Sessjoni b’xejn fuq Zoom mill-Aġent Letterarju Simon Trewin lill-imsieħba tagħna News 26th May, 2025 Read More
SEJĦA GĦALL-APPLIKAZZJONIJIET: POŻIZZJONI TA’ DIRETTUR (EŻEKUTTIV) MAL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Other 16th May, 2025 Read More
Irridu nisimgħuk: Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Jippubblika l-Istrateġija 2025-2030 għall-Konsultazzjoni News 28th April, 2025 Read More
Esebituri — applikaw issa sabiex tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tal-2025! Festivals 15th April, 2025 Read More
Ħareġ il-41 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Jeddijiet Tas-Self Pubbliku 9th April, 2025 Read More
Nippubblikaw il-lista t-twila tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka 2025 Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2nd April, 2025 Read More