Home / News / Il-KNK jerġa’ jipparteċipa waqt l-ADIBF Back to News Il-KNK jerġa’ jipparteċipa waqt l-ADIBF Inizjattivi • Other 8th May, 2019 [vc_row][vc_column][vc_column_text] Il-Fiera Internazzjonali tal-Ktieb f’Abu Dhabi issa saret avveniment annwali għall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li jieħu l-opportunità biex jippromwovi l-letteratura Maltija fit-traduzzjoni f’waħda mill-akbar fieri tal-kotba fir-reġjun Għarbi. Dil-fiera sservi wkoll biex il-Kunsill isaħħaħ ir-relazzjoni tiegħu mal-Literature Across Frontiers (LAF), li kull sena jistednuna naqsmu l-istand tagħhom magħhom. L-LAF hija Pjattaforma Ewropea għall-Iskambju Letterarju, it-Traduzzjoni u d-Dibattiti dwar il-Politiki, u t-tiri tagħha huma li jinħoloq djalogu bejn il-kulturi bis-saħħa tal-letteratura kif ukoll tintefa’ l-attenzjoni fuq letteraturi li ma ġewx tradotti daqs oħrajn. Il-KNK għandu għal qalbu dir-relazzjoni u l-interessi komuni bejn iż-żewġ partijiet fil-promozzjoni ta’ letteraturi iżgħar bis-saħħa tat-traduzzjoni. Fuq l-istand waqt il-fiera ġew eżebiti kotba ppubblikati Malta bil-Malti u bl-Ingliż, kif ukoll numru konsiderevoli ta’ kotba tradotti li bosta minnhom ġew fis-seħħ bil-għajnuna tal-KNK. Rappreżentant mill-Kunsill saħħaħ ir-relazzjoni eżistenti ma’ msieħba relevanti, bħal pubblikaturi u awturi, u fl-istess ħin iltaqa’ ma’ pubblikaturi ġodda biex jiddiskuti proġetti prospettivi, żar stands tal-eżebituri u attenda diskussjonijiet u tnedijiet ta’ kotba ta’ wħud mill-aqwa kittieba fid-dinja, ngħidu aħna t-tnedija ta’ ktieb ġdid ta’ Ben Okri, rebbieħ tal-Man Booker Prize. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħerqan għal aktar ħidma f’edizzjonijiet sussegwenti tal-ADIBF. [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_gallery interval=”3″ images=”8609,8608,8607,8606,8605,8604,8603,8602,8601,8600,8599,8598,8597,8596,8595,8594,8593″ img_size=”medium”][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jilqa’ Maniġer ġdida News 7th April, 2026 Read More Titnieda l-Iskema tas-Sussidju għall-Kotba Stampati News 1st April, 2026 Read More Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More view all similar news
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More
Sejħa għall-Addattamenti Teatrali ta’ Kotba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb News 8th April, 2026 Read More
Ippubblikata l-lista tas-sottomissjonijiet eliġibbli għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Other 30th March, 2026 Read More
Il-Programm Sħiħ tal-Konferenza Annwali dwar il-Ktieb: Kelliema varji jistħarrġu r-realtajiet ekonomiċi fl-industrija tal-pubblikazzjoni Inizjattivi 20th March, 2026 Read More