Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal-London Book Fair 2024 Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal-London Book Fair 2024 Esportazzjoni letterarja • London Book Fair • Other • Pubblikazzjonijiet 25th February, 2024 [vc_row][vc_column][vc_column_text]Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li se jerġa’ jipparteċipa waqt il-London Book Fair 2024 (LBF), li se ssir bejn it-12 u l-14 ta’ Marzu fl-Olympia, Kensington. Dan l-avveniment annwali jservi ta’ għodda kruċjali sabiex il-KNK jippromwovi l-letteratura Maltija fuq pjattaforma internazzjonali. Bil-parteċipazzjoni tiegħu, il-KNK jimmira li l-komunità letterarja lokali jkollha aċċess u opportunitajiet finanzjarji akbar billi jgħin fit-tlaqqigħ tal-awturi u l-pubblikaturi Maltin ma’ dawk barranin. Bħala parti mill-pakkett tal-LBF tnedew inizjattivi varji sabiex jitwieżnu l-pubblikaturi, l-awturi u l-illustraturi minn Malta. Anki bis-saħħa ta’ inizjattivi oħra tul is-sena, il-KNK jara li jqawwi t-talent lokali u jesebixxi r-rikkezza tal-kultura letterarja Maltija fuq il-palk dinji. L-inizjattiva tal-esportazzjoni letterarja tagħti ċans lill-pubblikaturi Maltin sabiex jesebixxu sa 5 kotba minn tagħhom f’katalgu tad-drittijiet ta’ barra li ħoloq il-KNK u li se jiddistribwixxih waqt il-fiera u f’avvenimenti internazzjonali oħra fl-2024. L-awturi tħeġġew jikkollaboraw mal-pubblikaturi tagħhom sabiex il-ktieb tagħhom jidher fil-katalgu, u dan jgħin ukoll fil-kollaborazzjonijiet globali li jaf jitwieldu minn din l-inizjattiva. Il-KNK stieden ukoll lill-illustraturi Maltin biex jissottomettu l-proposti tagħhom għal illustrazzjonijiet li jidhru fl-istand tal-KNK f’Londra, numru 6A34. Tmien illustrazzjonijiet se jkunu esebiti fuq l-istand tul il-jiem kollha tal-fiera, u għalhekk professjonisti oħra internazzjonali u l-pubbliku ġenerali se jkunu jistgħu jaraw ix-xogħol u min hu l-artist. Barra minn hekk, is-sottomissjonijiet kollha se jidhru fil-katalgu msemmi aktar ’il fuq, Literature from Malta: Foreign Rights Catalogue 2024.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text]https://online.fliphtml5.com/zcwrj/vijn/[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text]Barra minn hekk, u bħala parti mill-istess inizjattiva, il-KNK offra biljetti tad-dħul b’xejn lill-pubblikaturi, il-kittieba u t-tradutturi minn Malta. B’kollox tqassmu 20 biljett fuq bażi ta’ min tkellem l-ewwel inqeda l-ewwel. Waqt il-fiera, il-KNK se jorganizza s-seminar Beyond Island Horizon – Literary Exploration on the Global Stage Starting in Malta li fih se jitkellmu l-kittieba Rita Saliba, il-pubblikaturi mir-Renju Unit Jen Calleja u Kat Storace, u l-aġent letterarju mir-Renju Unit Simon Trewin. Id-diskussjoni se sseħħ l-Erbgħa 13 ta’ Marzu fis-2pm fl-International Markets Theatre, u se tħeġġeġ lill-udjenza taħseb dwar l-idjosinkraziji tax-xena letterarja Maltija, u fl-istess ħin tpoġġi mingħajr mistħija l-isfidi li pajjiżi żgħar bħal Malta jaffaċċjaw meta jiġu biex imexxu xogħolhom fi swieq internazzjonali. Fittxu, sibu u żuru l-istand tal-KNK, 6A34, fil-London Book Fair f’Kensington Olympia, Londra.[/vc_column_text][/vc_column][/vc_row][vc_row][vc_column][vc_column_text]Tista’ tniżżel verżjoni PDF bl-Ingliż tal-katalgu Literature from Malta – Foreign Rights Catalogue 2024 minn hawnhekk, inkella verżjoni aċċessibbli bil-mowbajl minn hawnhekk. Disinn u Kunċett: Sarah Cachia Falzon Illustrazzjoni: Mattie De Bono Tipa Primarja: Hannah Grech Pirotta [/vc_column_text][/vc_column][/vc_row] SHARE POST Related Articles Skopri l-Istorja fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb! Festivals 18th May, 2026 Read More Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More Jiftaħ il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2026 Other 12th May, 2026 Read More Il-Maltin jixtru 3 kotba fis-sena – sondaġġ ġdid News 12th May, 2026 Read More Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More Il-KNK jippubblika r-Rapport Annwali għall-2025 News 17th April, 2026 Read More Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More Ħareġ il-45 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th April, 2026 Read More view all similar news
Il-Malti John Edward DeMicoli jirbaħ il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 mir-reġjun tal-Kanada u l-Ewropa Other 13th May, 2026 Read More
Sejħa Miftuħa għas-sottomissjonijiet ta’ illustrazzjonijiet għall-esebizzjoni From Illustration to Book fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026 Festivals 11th May, 2026 Read More
Il-Premju Commonwealth għan-Novelli jilqa’ lill-ewwel Malti li qatt għamilha mal-lista reġjonali tal-finalisti News 15th April, 2026 Read More
Avviż lill-Esebituri u l-Organizzaturi tal-Avvenimenti – Applikaw Issa Biex Tipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2026! Other 14th April, 2026 Read More
Jekk tixtieq issir editur tal-kotba rreġistra issa għal dal-kors online b’xejn News 13th April, 2026 Read More