Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin back to news Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin Inizjattivi • Other 17th June, 2024 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) qed iħabbar bi pjaċir li se jibda x-xogħol fuq strateġija ta’ ħames snin li se tiggwidah bejn l-2025 u l-2030. L-abbozz tal-istrateġija sar mill-KPMG, li toffri servizzi ta’ konsulenza għan-negozji. Din l-inizjattiva għandha twitti t-triq għall-ġejjieni tal-KNK bħala protagonist ewlieni fl-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija, billi tassigura t-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-imsieħba tiegħu bis-saħħa ta’ riċerka komprensiva, konsultazzjoni, u miri li kapaċi jintlaħqu. Il-pjan hu li l-istrateġija titnieda fl-aħħar kwart tal-2024, u d-dokument li jirfidha se jkun l-ewwel wieħed tax-xorti tiegħu għall-industrija tal-pubblikazzjoni Maltija. “Il-proċess tal-iżvilupp strateġiku se jkun inklussiv, u kemm jista’ jkun se jinvolvi firxa wiesgħa ta’ msieħba bis-saħħa ta’ sondaġġi, konsultazzjonijiet u laqgħat pubbliċi”, qal il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri. Fiehem li l-ewwel laqgħat mal-KMPG saru diġà, u fihom infirex il-qafas strateġiku, fosthom il-viżjoni, il-missjoni, il-valuri u l-fusien ewlenin tal-istrateġija. “L-attitudni kollaborattiva li biha qed nersqu lejn l-istrateġija se tgħinna nisimgħu aħjar lill-ilħna diversi li jiffurmaw din l-industrija”, żied Camilleri. Bl-applikazzjoni tal-aħjar prattiċi li wieħed jistenna f’din l-industrija, il-KNK se jkun qed jindirizza l-isfidi kurrenti kif ukoll isaħħaħ l-opportunitajiet għat-tkabbir tagħha. L-istrateġija beħsiebha tiffoka fuq bosta temi ewlenin, bħall-qalba diġitali, l-għajnuna legali, it-titjib fil-komunikazzjonijiet tal-KNK, u l-addattamenti kontinwi għat-tibdiliet tas-suq. Tul dal-proċess kollu, il-KPMG se tkun qed taħdem mill-qrib mal-KNK u l-imsieħba tiegħu sabiex ikunu analizzati l-viji lokali u internazzjonali tas-suq tal-pubblikazzjoni. Ikun imiss perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex nilqgħu aktar kummenti u opinjonijiet, biex b’hekk nirfinaw l-istrateġija. Il-KNK qed iniedi wkoll l-ewwel tarġa minn din l-istrateġija għal ħames snin: sondaġġ għall-imsieħba li għandu jipprovdi l-bażi tal-gruppi ta’ ħidma li jiġu wara. L-imsieħba kollha tal-industrija tal-pubblikazzjoni mħeġġa jipparteċipaw f’das-sondaġġ, li se jitnieda llum, 17 ta’ Ġunju, u li tista’ taċċessah hawnhekk. “M’hemmx prezz għall-parteċipazzjoni li nixtiequ naraw mill-imsieħba tagħna, għax din se tgħinna nibnu strateġija għal kulħadd li tkun mera tal-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-komunità”, kompla Camilleri. “Irridu jkollna tragwardi ċari, u rridu nersqu lejhom b’mod strutturat. B’hekk inwieżnu lill-awturi u l-pubblikaturi, inqawwu l-ekosistema letterarja Maltija, u nħeġġu l-qari”, temm jgħid Mark Camilleri. Is-sondaġġ għandu jimtela sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju f’nofsinhar. SHARE POST Related Articles Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More Ħareġ l-40 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 10th January, 2025 Read More view all similar news
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More
Kirsten Spiteri jirbaħ il-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2024 Konkorsi għaż-żgħażagħ 13th January, 2025 Read More