Home / News / Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri Back to News Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jibgħat il-kondoljanzi lill-Familja Friggieri Other 24th November, 2020 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jibgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-Professur Oliver Friggieri, intellettwali pubbliku ewlieni, kittieb u akkademiku. Il-kontribuzzjonijiet tiegħu u l-istudji dwar il-Letteratura Maltija mhux biss huma xogħlijiet seminali, iżda huma wkoll rifless taċ-ċentralità li ta lill-ilsien Malti. Il-KNK se jkun ukoll qed jirriżerva post għax-xogħlijiet ta’ Friggieri fil-mużew tal-letteratura li qed jiġi rrestawrat bħalissa l-Belt Valletta, fost l-oħrajn bl-eżebizzjoni tal-manuskritti L-Istramb (li oriġinarjament kien se jkun jismu ‘Meta Xejn ma Jitbiddel’) u Fil-Parlament ma Jikbrux Fjuri. Minkejja d-diqa li ġġib magħha telfa bħal din, il-qalb titqawwa meta jiġi nnutat l-apprezzament li ntwera lejn ħajtu minn setturi varji tas-soċjetà. Id-deċiżjoni li l-Gvern jorganizza l-funeral ta’ Friggieri hija turija ta’ kemm il-Gvern jifhem l-importanza tal-letteratura, u għalhekk il-KNK jilqa’ din l-inizjattiva. Li hu żgur hu li l-mewta ta’ figura monumentali bħal Oliver Friggieri twaħħlilna mill-ġdid quddiem wiċċna l-importanza tal-letteratura f’ħajjitna. Il-kotba li kull qarrej iżomm qrib qalbu u moħħu setgħu jaslu għandu biss bis-saħħa ta’ industrija tal-pubblikazzjoni li mingħajrha ma jkunx hawn żvilupp kulturali u intellettwali suret in-nies. Bil-ħsieb li nsostnu l-industrija tal-pubblikazzjoni lokali, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iħeġġeġ lill-Gvern sabiex juri s-sapport tiegħu għall-qafas leġislattiv li qed nipproponu. Iċ-ċerimonji u r-radd il-ħajr iridu jitwaħħdu ma’ u jkunu akkumpanjati minn riformi legali importanti li jwieżnu aħjar lill-industrija u jassiguraw li tibqa’ teżisti, għax fl-aħħar nett minn din l-industrija niddependu biex jibqa’ jkollna awturi ta’ diwi nazzjonali u xogħlijiet letterarji ta’ livell għoli. Krettu tar-ritratt ta’ Friggieri: Mark Zammit Cordina SHARE POST Related Articles Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More Jitħabbru l-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 News 26th August, 2025 Read More X’Jagħmel Novella Kbira? News 18th August, 2025 Read More IL-KNK IĦABBAR WORKSHOP TOUR DWAR IN-NOVELLA (AWW-OTT 2025) News 5th August, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2025 Fondi 15th July, 2025 Read More Ħareġ it-42 Pagament Tal-Jeddijiet Tas-Self Pubbliku Inizjattivi 9th July, 2025 Read More L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More view all similar news
Ir-rebbieħa tal-Premju Booker Samantha Harvey għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Festivals 2nd September, 2025 Read More
Jiftaħ għas-sottomissjonijiet bil-Malti u bl-Ingliż il-Premju Commonwealth għan-Novelli 2026 Other 1st September, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedi l-Istrateġija fuq Ħames Snin 2025-2030 News 5th August, 2025 Read More
Sandra Hili Vassallo Tinħatar Direttur Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb News 22nd July, 2025 Read More
L-editriċi rinomata mill-Istati Uniti Ann VanderMeer b’workshop waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ‘25 Festivals 8th July, 2025 Read More